Il-muniti tal-lampuka
Omm obeża: "Ara jfettilli narak tilgħab fuq xi kaxxa... il-flus użahom għal żaqqek!!"
It-tifla, li kienet obeża wkoll, baxxet rasha u ma qalet xejn.
~~~~~~~~~~~~~~~~~
Din hija diskursata li min jaf kemm-il darba smajt qabel ma beda jfiġġli l-ewwel xaghar pubiku. Ommi kienet ittini xi erba' xelini jċekċku u jien dejjem kont nispicca mwaħħal ma' xi kaxxa minn dawk li kien ikollhom hafna kuluri jteptu u gieli, jekk tkun fortunat li ommok titfgħak f'ħanut tal-liri, issibhom bis-sawnd sinkronizzat (għal min forsi għex tfulitu għaddej bil-lenti fuq il-bolol, qed nirreferi għall-video games).
Kienet iċċanfrani bl-ikrah meta kienet taqbadni nagħfas il-buttuni jew meta xi spjun immur ilablab li bqajt bil-ġuħ biex nitfa' il-munita tal-lampuka fix-xaqq u għoxejt x'ħin rajt 'press start to begin'.
Naf li ħafna minnkom probabbilment qed jaqblu m'ommi imma f'tentattiv miżeru li nbiddlilkom il-ħsieb, ħa nipprova niġġustifika ruħi b'dan ir-raġunament innoċċenti li madanakollu għalija jagħmel ċertu sens.
Tlaqna. Nassumu li għandek erba xelini fil-but (li illum jammontaw għal 20 ċ) u dawn bihom jew tilgħab żewġ logħbiet tal-kaxxa jew tixtri ġiex pakketti crisps. Jekk tixtri l-pakketti forsi l-aktar l-aktar tagħmel kwarta tikolhom. Timla' żaqqek (insomma... bil-crisps ma nafx kemm) u tgħaddi. Serraħt it-tgedwid ta żaqqek u daqshekk, jekk kont imdejjaq, tibqa' imdejjaq. Jekk pero tilgħab ġiex logħbiet, jekk xejn, isserraħ daqsxejn il-menti. U ma nafx intom, imma jien nippreferi kuntent u bil-ġuħ milli ħawsla mimlija u b'geddum sal-art. F'dawk il-ġiex logħbiet li kont nilgħab kont ninqata' daqsxejn mir-realta li kienet taħbat iddejjaqli l-ponta ta mnieħri u forsi dik li kienet issaqqi il-lublieba biex nibda nilgħab qisni tifel prototipu Amerikan. Id-distakk mir-realta'; il-possibilita li nagħmel affarijiet oltre il-kapaċitajiet tiegħi; il-fatt li jien kap tiegħi nnifsi; u fl-aħħar u mhux l-inqas, il-fatt li qatt ma ridt insir kartell...
0 Comments:
Post a Comment
<< Home