Siworae
Immaġinak wasalt f'punt fejn se tbiddel id-dar li kellek ħdejn il-baħar mimlija hena u sliem. Ħabba raġunijiet li m'għandekx kontroll fuqhom kellek tabbandunaha u tmur toqgħod aktar lejn iċ-ċentru. Ftit qabel ma titlaq tinduna li tkun ordnajt xi affarijiet u nsejt tagħti istruzzjonijiet ċari lil bejjiegħa bl-indirizz il-ġdid tiegħek. Tiġik idea. Peresli jkunu qorbu l-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena, fil-kaxxa tal-ittri tad-dar ta' ħdejn il-baħar tħalli kartolina lis-sid il-ġdid u fil-ġewwieni tagħha tikteb hekk:
"17 ta' Diċembru 1999
Għażiż sid ġdid tad-dar,
L-ewwelnett nixtieq nawguralek Milied mill-isbah u sena mimlija riżq. Nilqgħek f'din id-dar il-ġdida u nispera li tkun ta' benevolenza għalik daqskemm kienet għalija. Nixtieq nżid ukoll biex jekk tirċievi xi ittri jew kotba indirizzati lili jekk jogħġbok ibagħthom f'dan l-indirizz t'hawn taħt.
Grazzi u milied hieni mill-ġdid
PS. Dawk il-marki tas-saqajn tal-kelb li hemm fl-intrata sibthom hemm qabel ma dħalt id-dar. Ippruvajt inneħħihom imma ma rnexxilix."
Tibda toqgħod fil-post il-ġdid fiċ-ċentru u dlonk tibda tħoss in-nuqqas ta' dik id-dar maġika li kellek. Ftit jiem jilħqu jgħaddu u fl-aħħar tirċievi mingħand sid id-dar il-ġdida:
"22 ta' Diċembru 1997
Għażiża sinjorina,
Grazzi tax-xewqat sbieħ tiegħek. Ħalli f'idejja rigward l-ittri u l-kotba. Kif appena jaslu dlonk nibagħthom fl-indirizz li tajtni. Pero naħseb ħadt żball fid-data. Sa fejn naf jien għadna fin-1997! Rigward il-marki tal-kelb, emminni, m'għandix idea fuq xiex qed titkellem għax jien s'issa għadni ma rajtx il-marki li semmejtli fl-ittra tiegħek."
Ittra hekk thallik perplessa u t-tnejn li intom tibqgħu tinsistu li qed tgħixu sentejn bogħod minn xulxin. L-istorja ma tiqafx hemm... tkompli... tkompli...
2 Comments:
Strange... I would have sworn you're talking about The Lake House"!!
09:38
Plagiarism! However, sometimes it's more of a who-came-first issue.
10:06
Post a Comment
<< Home