Saturday, July 07, 2007

Rivelazzjonijiet

L-aħħar 6 sigħat tas-6 ta' Lulju 2007 kixfuli 6 rivelazzjonijiet u qed infittex inħarbixhom hawnhekk biex ma jiżgiċċawlix bħalma tiżgiċċa l-libsa tas-satin tar-reklam fuq par saqajn femminili li għadhom jitqaxxru bl-aħħar magna rivoluzzjonarja tal-gillette:

i) Pierre J. Mejlak itwal u irqaq milli ħsibtu. Dik il-leġġenda urbana li t-televiżjoni jħaxxen u jqassar tgħid tapplika wkoll għar-ritratti tal-blogs?;

ii) Li x-Short Film Festival 2007 probabilment ma kellux bord t'għażla għall-films li ntwerew il-ġimgħa;

iii) Li għalkemm jidher xi ħaġa li trid seba' mitt ittra wara ismek biex ikunu jistgħu jxandrulek il-film tiegħek, ilbieraħ rajt biċ-ċar li dan vera mhuwiex il-każ;

iv) Li ħlief għal xi żewġ jew tlett films (fosthom wieħed ta' Alex Vella Gera), din l-ewwel ġurnata tal-festival kienet ħela ta' ħin u ta' flus, għalija u għal min webbilt jiġi miegħi, speċjalment wara l-esperjenza pożittiva li kelli s-sena l-oħra;

v) Li vera tidher frustranti meta tagħmel biċċa arti li tifhem int u int biss u tħalli lil bqija tad-dinja tiskanta u tagħmel sforz ta' proporzjonijiet diżumani tipprova tifhmek;

vi) Li din probabli hi l-aħħar darba li żort dal-festival.

PS. Ma rridx naqta' qalb dawk li għad baqagħlhom imorru illum jew għada, imma tassew ngħidilkom li inħossni grat lejja nnifsi li ma xtrajtx biljett għal żewġ jew tlett iljieli.

1 Comments:

Blogger Erezija said...

Ghandek punt. Hemm bzonn ta' bord ta' l-ghazla. imma nheggek terga tmur, ghax kull darba qatt ma taf x'tinzerta. bhal meta tidhol ghand xi regettier. Taf ma ssib xejn, taf issib xi haga. Ir-riskju huwa sabih ukoll. Forsi l-prezz kien gholi wisq biex tidhol ghand regettier.

10:40

 

Post a Comment

<< Home