"No one steals our chicks ...and lives!"
Tiskanta biċċa stampa x'sens ta' nostalġija tista' tqanqallek. Għal min hu mdorri b'reżoluzzjoni reali (u ġieli anke surreali) u forsi ma jagħrafx x'suppost hemm f'dik il-geġwiġija ta' pixels hemm taħt, dak huwa aljen maħluq b'teknoloġija tal-1996 fuq il-loki jneħħi l-eskrementi minn ġismu. Screenshot klassika minn Duke Nukem 3D li fuqha kont naħli s-sigħat lejn l-aħħar snin tal-iskola sekondarja. Bilkemm Doom u Quake kellhom l-effett li kellha din fuqi. Min jaf kemm-il darba rripetejna frażijiet klassiċi li kien jgħid Duke Nukem wara li jbiċċer xi aljen forma ta' ħanżir kbir bħal:
"You, my ass; what's the difference?"
"I feel like drinkin' a gallon o' turpentine, and pissin' on a brush fire..."
"What are you waiting for? Christmas?"
"No one steals our chicks ...and lives!"
"Your ass is grass, and I've got the weedwacker."
"Shake it baby!"
0 Comments:
Post a Comment
<< Home