Monday, March 12, 2007

Ħsejjes ġodda u rispett

Is-sibt li għadda attendejt l-ewwel minn sensiela twila ta' kunċerti li għad iridu jsiru tul din is-sena. Smajt grupp ġdid li mal-ewwel daqqa ta' widna jidher li għandu naqa ħsejjes mhux ħażin x'joffrilna - ix-Shilloo's Tree.

Ta' min insemmi wkoll li n-nies tan-Naasha kienu rispettużi biżżejjed li niżżlu ismi meta bdew juru diversi stampi tal-Areola Treat li kont ħadtilhom dakinhar li kienu daqqew Poxx Bar, ftit qabel il-grupp brittanniku This Et Al. Ta' dan nixtieq nirringrazzjahom u nurihom l-apprezzament infinit tiegħi.

3 Comments:

Blogger Toni Sant said...

Interessanti din! Nixtieq nisma' naqra x'ħoss jagħmlu imma mid-dehra l-websajt mhux lesta.

Jien dalwaqt se nittawwal ħmistax sa Malta. Nieħu pjaċir jekk niltaqgħu f'xi waħda mis-serati tan-Naasha. Forsi nistgħu anke nikkollaboraw b'xi mod.

11:55

 
Blogger keBo said...

Nisperaw li x-Shilloo's Tree jlestu l-websajt malajr kemm jista' jkun u jitfgħu xi samples 'l hemm u 'l hawn ġaladarba issa bdew jidhru fil-pubbliku (ma nafx jekk qattx dehru qabel din tas-Sibt).

U Malta żgħira, jekk ma niltaqgħux Naasha jaf niltaqgħu post ieħor :)

12:01

 
Blogger Unknown said...

Jien Kevin min Shilloo's Tree jekk tridu informazjoni fuq gigs kemm tidhlu fil-mailing list min fuq is-site u nibghatulkom news letter

09:54

 

Post a Comment

<< Home