Kif tinduna li int ħaj?
Ma nafx jekk kinitx l-eklissi lunari riċenti, imma żjara ta' fuq fuq ma' xi kwotazzjoni li jħobbu jitfgħu n-nies fuq l-MSN tagħhom iqanqluk ferm u jħaffulek is-sensi. L-aħħar li smajt kienet waħda li ħallietni b'għajnejn imberrqa lejn l-iskrin għal aktar minn għaxar sekondi, niċċassa u nipperswadi ruħi li fuq din il-pjaneta dinja għad hawn min joħroġ b'dal-frażijiet.
Għollu s-siparju u intefgħu komdi:
"I am thankful for the alarm that goes off early in the morning because it means that I am alive"
Jekk il-ħoss antipatku seba' mija tal-alarm huwa l-indikatur prinċipali li jien ħaj mel'allura aħjar ma nkun ħaj xejn.
4 Comments:
Kemm naqbel miegħek fuq din istra. L-alarm huwa l-agħar ħoss li tisma' fil-għodu.
11:14
Jien l-alarm idoqq ma nisimgħu qatt. Ifisser li qed f'koma?
20:35
tuxka: Touché!
kenneth: Iva, hekk tiġi probabbli.
22:02
lol Sylvan!! Nista nimmaginak! Tuxka, welcome back!! Sorry for ignoring you kebo.... :)
06:53
Post a Comment
<< Home