Kurvi
Xtaqt kieku tajtu aktar ħin dal-proġett imma l-idea f'moħħi ġietni bħal berqa fil-bnazzi, ftit qabel id-deadline ta' kompetizzjoni lokali. Kienet esperjenza sabiħa nipprova nħuf 'l hemm u 'l hawn naqbad dal-kurvaturi li min jaf kemm-il darba rajthom u lanqas tajt kashom. Kien hemm ukoll ammont ta' perikolu peresli għażilt postijiet kemmxejn inaċċessibli hi u tinħeba x-xemx. 'But I managed, somehow', kif kien jgħid il-professur tal-ġbejniet tal-bżar.
Klikkja >> places >> 07 >> curves
13 Comments:
Il-kuluri u l-kompożizzjoni tat-tieni stampa jogħġbuni mmens... prosit :)
00:22
Grazzi Ken. Jien xorta nippreferi l-ħames waħda pero, li tagħha hemm close-up f'dil-bloggata.
08:40
Proset Ken, vera interessanti.
Isma' aqtali naqra l-kurżità; int kamera tradizzjonali tuża' jew waħda diġitali? Għax wasalt biex nixtri kamera imma il-kwalità tar-ritratti diġitali ma jikkonvinċunix.
17:25
Għandi l-impressjoni li l-kumment li għamilt jien qabel ma ġiex irreġistrat fuq ismi.
13:07
Ġie rreġistrat fuq rodmallia minflok ;)
Biex nirrispondi d-domanda tiegħek - ma kontx għamilt jiem u ljieli ntella' u nniżżel liema kamera nixtri għax dak iż-żmien ma kontx naf il-vantaġġi u l-iżvantaġġi u spiċċajt xtrajt waħda diġitali. Finalment naħseb li għamilt għażla tajba u ħa nispjega għaliex. Trid jew ma tridx id-dinja lejn l-era diġitali miexja, dan bħal qisu għandek grupp mużikali jibqa' jsabbat saqajh li jrid jirrekkordja fuq il-cassette tapes minflok fuq CDs. Il-kwalità tar-ritratti diġitali qiegħda kull ma jmur titjieb sakemm illum kważi laħqet dik tal-film biex ma nsemmux il-problemi finanzjarji attribwiti mal-kamera tal-film. Infatti f'kameras SLRs hemm sistema innovvattiva imsejħa "RAW" li biha jkollok reżoluzzjoni kompluta u fina tar-ritratt.
Imbagħad, wara kollox, jiddependi int xi tkun trid mir-ritratti tiegħek. Jekk trid tkompli taqra hemm artiklu tajjeb ħafna fuq wikipedia li jispjega aħjar minni dil-kwistjoni:- http://en.wikipedia.org/wiki/Digital_versus_film_photography
19:19
Grazzi tal-ħolqa! Imma ngħid jien, biex nixtri kamera diġitali tajba biżżejjed daqs kamera tradizzjonali, ma rridx nonfoq il-belli liri? U kameras ta' 5.1 MP ma jimpressjonawnix lili.
19:47
Jekk qed taħseb li l-fotografija hija passatemp irħis sejjer imqarraq. Id-differenza bejniethom hija li b'kamera tal-film tonfoq aktar in the long run, f'ipproċessar ta film, fil-fatt li biex tesperimenta trid tħallas eċċ. B'kamera diġitali hija ħafna ogħla minn kamera tradizzjonali s'intendi imma għandek aktar fejn timraħ bil-kreattività mingħajr ma tonfoq print kull darba.
Rigward MP, jien qatt ma ħdimt b'cameras anqas minn 6MP.
19:58
Naf li mhux passatemp irħis! Biss, bħalissa ma naffordjax il-mijiet ta' liri. U għandi bżonn xi ħaġa għax fis-Sajf ħa nkun qed inqatta xahar sħiħ id-Danimarka. U rrid inkaxkar dak il-pajjiż lura miegħi Malta.
20:17
Xorta nibqa ninsisti fuq xiri ta' kamera diġitali. Erbat ijiem oħra niddubita jekk issibx tixtri roll ta' film!
20:33
Taħseb li s-sitwazzjoni hija daqshekk favur id-diġitali?
20:38
Iva, definittivament. Ħares lejn il-Konica u l-Minolta... aktar tard dis-sena għandhom jagħlqu l-ħwienet tagħhom ħabba telf finanzjarju.
20:43
Minflok nissabutalek din il-bloggata (kif forsi diġà għamilt) bi ħsiebni nibgħatlek ittre biex insaqsik xi affarjiet oħra. Nista' nikkuntattjak fuq l-indirizz li għandek fuq is-sit? Jew tippreferi nibgħatlek fuq x'imkien ieħor? Grazzi tal-paċenzja eh! :)
23:00
Beautiful work Kebo, as usual. ;)
21:40
Post a Comment
<< Home