Monday, November 14, 2005

Mid-dashboard

Kultant bilfors itik li titbissem. Tiftaħ id-dashboard u ssib senduq ta’ memorji (jien m’inix xi bniedem li nżomm il-karozza pinna; la min ġewwa u lanqas minn barra).

Kont qed ngħid fuq id-dashboard u l-affarijiet li sibt. Bejn arbre magique aħdar li telqitlu l-fwieħa, mappa qadima ta’ Malta u xi karta b’xi indirizzi li nsejt ta’ min huma, sibt postcard tal-intern tal-katidral ta’ San Ġwann tal-Belt Valletta. Il-kuluri, xi darba brillanti u saturati, issa donnhom inxtorbu mill-għeluq u d-dalma, speċjalment l-aħdar, l-aħmar u l-iswed. Forsi jbatu mill-klawstrofobija u raw kif għamlu u ħarbu. Tfaċċaw ukoll xi sinjali ta’ tinjiet fl-irkejjen tal-kartonċina u ftakart li wara kien hemm xi kitba miktuba bl-idejn. Dawwartha minnufih u …tbissimt.

Bi print kbira u rqiqa kelli wkoll dawn il-kelmiet: “Grazzi tad-donazzjoni tiegħek” li kienet ukoll translejtjata bit-taljan, franċiż u ġermaniż. Kien hemm ukoll impinġija fjura (mill-forma tagħha tidher li hi wardet ix-xemx) b’bajrow blu fuq il-g ta ‘grazzi’.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home