Wednesday, April 02, 2008

Lura

Min qal li l-blogs addictive? Wara xi 3 xhur erġajt ġejt s'hawn inlaħħam lil dal-blog megħlub.

U min qal li l-materjaliżmu ħażin u jwittilek t-triq għal ħruq tal-infern (u ta' Sant'Antnin)? Dan l-aħħar persuna b'qalb twajba u kbira daqs il-ħofra ta' Guatemala għoġobha tirregalali l-kbir iPhone. Ma nista' ngħid xejn fuqu li diġa ma ntqalx - biċċa inġinerija li kważi kważi timbuttalek demgħa bil-kommozzjoni.



Mhux ħażin għal xi ħadd li ma jafx li jeżistu image consultants.

Labels: , , ,

0 Comments:

Post a Comment

<< Home