Strangers
A. - Għandha xi ħames jew sitt għatsiet fuq dahra, kannella skuri. Xufftejha tagħfashom ħafna ma' xulxin meta tiekol u ttiegħem l-ikel.
C. - Tikka fuq idejha u tħobb tross xufftejha ma' xulxin jew titfagħhom fuq xaqliba minnhom. Tħobb tikxef spallejha wkoll.
D. - Qatt ma naf li rajtha b'xagħarha maħlul u tħobb tilbes ħafna n-nuċċali skur li għandha anke meta tkun ġewwa jew meta barra ma jkunx xemxi.
E. - Għandha ħarsa minaċċuża u dejjem qisha maħnuqa. Għajnejha żgħar.
G. - Dejjem b'għajnejh imżellġin - tistennieh se jinfexx f'bikja minn mument għal ieħor. Qatt ma jitkellem bl-ikel f'ħalqu, anke jekk ikollu ftit. L-ewwel iwebbilna b'xi ħaġa li jkun se jgħid imbagħad ikollna noqogħdu nistennewh jomogħdha sal-aħħar.
H. - Il-frejm tan-nuċċali trasparenti. Naħseb iqum il-flus. Tħobb tgħid ħafna: "U ejja vera?!".
J. - Qatt m'għamlet b'gramma rtokk. Meta tidħak tagħsar ħafna għajnejha, tant li jiġu qishom linja mimduda. Meta tilletika jew tgħolli leħinha jkollha vuċi kemmxejn maskili.
J. - Għajnejha u ħalqha żgħar. Kwieta u kliema meqjus, imma naħseb għax ma tkunx kunfidenti biżżejjed għax ġieli rajtha tikkummiedja meta tkun a suo agio.
K. - Tfakkarni fl-istudji tal-bijoloġija u xjenzi oħra relatati. Bajda ħafna u dejjem bil-wardiet.
L. - Għandu ħafna tbajja fuq wiċċu, imma kif jgħidu, iż-żmien isajjar il-bajtar. Dejjem emmen fija.
M. - Meta titbissem, mix-xedaq tan-naħa tax-xellug tagħha tisbokka sinna. Tirranġa xagħarha spiss għax ħafif ħafna u joqgħod jaqagħlha quddiem wiċċha.
M. - Għandha tebgħa żgħira taħt il-minkeb. Roża. Għajnejha forma ta' lewża matura b'ħarira nemex taħthom.
N. - Għajnejha kbar koħol nir. Xagħarha dejjem ikun riħa ta' shampoo frisk anke meta nkunu mdawwrin b'foga pessma ta' sigarri u sigaretti. Tħobb titbissem.
R. - Iħobb jheżżeż snienu kull mument. Nieqes mill-body language.
S. - Bil-barbetti u dejjem b'leħja ta' tlett ijiem jew erba'. Ma tantx għadu jagħmel ġel.
T. - Is-suf t'għajnejha pulit ħafna allavolja ma jidhirx mittiefes. Tismar ħafna fis-sajf u tħobb tilbes il-band ta' xagħarha mal-polz. Taqbżilha vina ħelwa fuq moħħha meta tidħak. Hi qatt ma ħamlitha.
5 Comments:
Ifakkarni ħafna fl-artwork ta' Nome e Cognome u, għalkemm ma nafx eżatt x'ridt tfisser b'dil-bloggata, nara potenzjal artistiku kbir bl-idea.
20:54
This comment has been removed by a blog administrator.
00:44
Hmmm.. ma nafx.. abli qed niehu zball.. imma dak li ghaddej minn mohhi qed jghogobni.. :)
00:45
Bħal ta qabli ma nafx fhimtx sew, anzi, naħseb ma fhimt xejn, imma għoġbitni.
09:20
Għall-fini ta' dil-bloggata ħa nipprova nispjega eżatt x'ippruvajt ngħid b'dis-silta.
L-ewwel ittra ta' kull paragrafu hija l-inizzjali ta' persuni li naf realment. Il-kliem ta' wara huma l-ewwel ħsibijiet żgħar li jiġuni f'moħħi kif appena naħseb f'dik il-persuna. Ippruvajt ukoll il-kummenti inħallihom fuq aspett fiżiku għax kultant, tipprova kemm tipprova, jkollok taqa' għal dak il-qawl Malti: "l-ewwel ma tiekol l-għajn".
10:57
Post a Comment
<< Home