The Valletta you've never seen
Proġett li kien ilu jberren f'moħħi madwar sena. Xbajt nara ritratti epiċi tal-Port il-Kbir, il-funtana tal-venda jew Kastilja u ddeċiedejt li nidħol naqra aktar fil-qalba tal-belt kapitali wara ġita li kont għamilt f'nofs ta' lejl madwar il-belt lejn l-aħħar tal-2004. Niftakarni twaħħaxt nara l-kundizzjonijiet li ċerta nies jgħixu fihom, aktar u aktar meta tqis li sa mitejn sena ilu kien probabilment jgħammar fihom xi semi-prinċep.
Qbadt sett ta' ritratti li ttieħdu tul perjodu ta' żmien u ġbarthom f'kollezzjoni waħda li intom tistgħu taraw fis-soltu website tiegħi - places >> 05 >> valletta v.2.
Fost waħda mix-xeni li ltqajt magħhom, kienet reklam tat-Tiger Bar. Ma ħallejtux għaddej u ffriżajtu fuq il-cam pero iddeċiedejt li jkun aktar għaqli għalija li ma nġibu xejn.
4 Comments:
Prosit sinċiera u mill-qalb ta' dak is-sett ritratti. Jien bħalek tqallajt nara ritratti romantiċi li jippruvaw juru l-belt kapitali ta' pajjiż li jippretendi li mmodernizza ruħu u jista' jqisu ruħu li għandu livell t'għixien għoli u sebaħ u dalam. Dawn ir-ritratti kważi dejjem iħallu barra l-fatt li f'din l-istess belt naħseb hemm l-ikbar konċentrazzjoni ta' problemi soċjali fil-pajjiż, b'mod speċjali fiż-żona tal-Mandraġġ.
Dak is-sett kien biss bidu (u m'għandix dubju li minjaf kemm-il ritratt kellek tħalli barra għax forsi ma laqtekx int u tirranġahom fuq il-kompjuter) għax nassigurak li hemm ħafna u ħafna iktar postijiet fil-Belt li setgħu faċilment jinqabdu minn din il-lenti li għoġbok tħares minnha b'tant suċċess.
01:13
Jogħġobni l-mod kif tuża r-ritratti, l-imaġini biex tesprimi ruħek. Ijja tassew il-Belt għandha ħafna uċuħ differenti. Naħseb li kull wiċċ għandu s-sabiħ tiegħu. Għamilt fitt żmien ngħix il-Belt, jew kif kont ngħid jien, f'qieh il-Belt. Kont inħossni qed ngħix ġo dinja oħra, Malta oħra, Malta ta' l-istejjer. Kienet esperjenza stramba, mument stramb ta' ħajti. Stramb daqs il-Belt innifisha. Kont nsib ċertu serħan fir-routina tal-Belt. L-affarijiet li jiġru ta' kulljum b'mod monotonu, il-bogħod mill-pass magħġel taż-żona kummerċjali tal-Belt.
10:54
Prosit sieħeb. Tajjeb li jidrhu dawn, 1) għax dejjem l-istess, kif għedtu intkom il-Kenneths, idejqek u 2) għax tajjeb li l-ikraħ jaraħ ukoll min mhux qed jgħix ġo fih biss.
Kunsill Lokali Valletta
Jekk jgħoġbok żomm nadif.
13:59
ken jien diġa għidlek il-ħsibjiet tiegħi. Jien nixtieq li jkollna Belt Kapitali li niftaħru biha mhux business biss!
Il-poplu Malti hemm bżonn jiġi konxju b'dak li għandna f'Malta u nibżgħu għalih!
22:29
Post a Comment
<< Home