Saturday, April 12, 2008

Sena oħra

Meta jasal nofs April, jien inħobb nagħmel il-monologi. Jekk intom ma tħobbuwhomx, mel'allura taqrawx aktar u għalqu din it-tieqa immedjatament (jaf tisplodi wara xi ħames minuti wkoll).

1982 - twelid. Michael Jackson tħajjar isir abjad u Spielberg ivvinta l-ET. Kont nara ħafna nies jilbsu mitt elf kulur u jmorru għand il-barbier biex itellgħu xagħarhom bħal mixtla fil-ġnien tal-Argotti. Apparti Charles Arrigo (Alla jaħfirlu) jirrakkonta r-rumanzi tax-xabla u t-turban fuq Xandir Malta, it-televiżjoni kienet għanqbuda ta' stazzjonijiet Sqallin – minn Roberto il Baffo sas-saqqijiet tal-Eminflex sa’ Mike bongiorno bir-rota tal-fortuna tiegħu. Qbiżna fin-disgħinijiet u Cobain deffes xi arma f’ħalqu... li probabilment ħalla effett fuq dak il-ġgant (metaforikament u litteralment) ta’ Quentin Tarantino għax ħlief jordna glalen ta’ demm ma bediex jagħmel (għall-films, s'intendi). Ħallietna Diana, ħallietna Tereża (is-soru) u dorna għall-2000 (għal xi raġuni kulħadd jiftakar x’kien qed jagħmel meta qalbet is-sena 2000! Jien niftakar ukoll... imma mhux ħa ngħid... għax hekk.). Fl-2004 bdiet l-avventura tiegħi fiċ-ċivil. Fl-2007 bagħatu għalija Kastilja u dak li kellu jkellimni ma setgħux isibuh. Ġie ieħor li ma tantx deher ħa gost bija u qalli li rrid nitla' ġirone ieħor. Minn dakinhar għadda ftit aktar minn sena.

Nista' nkompli nitħaddet x’se jiġri imma m'għandix flus għall-qarrejja tax-xorti.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home