Thursday, December 08, 2005

Riċiklaġġ

Sibu d-differenza bejn dan:



...u dan:

L-ewwel wieħed huwa t-tama taċ-ċinematografija tal-bidu tas-seklu 21; Closer – film bellezza li għaġġibni, saħħarni u bidilli l-opinjoni medjokri li kelli ta’ Julia Roberts. Kien gie maħruġ fl-2004 pero intwera fis-swali taċ-ċinema fl-ewwel xhur ta’ dis-sena. Id-direttur, Mike Nichols, inzerta l-istess wieħed li kien idderieġa The Graduate, li kumbinazzjoni kont semmejtu hawnhekk.

It-tieni wieħed huwa album tal-Westlife… li ħareġ fil-31 t’Ottubru 2005.

Apparti l-ovvju sibtu xi differenzi oħrajn tanġibbli? Kapaċi tħarsu lejn iż-żewġ ritratti mingħajr ma wieħed ifakkrek fl-ieħor?

Id-dinja qed tmut, dan ilna nafuh. Għalhekk twebbilna biex nibdew nirriċiklaw l-affarijiet biex forsi lil uliedna ma nħallulhomx mandra ta dinja. Kont tara billboards bl-addoċċ (avolja f’Malta xi snin ilu biss qomna mir-raqda u xammarna l-kmiem).

Pero milli jidher l-idea tar-riċiklaġġ għamlet bħal inbid li tħalla jiffermenta aktar milli suppost u tela’ għal rasna. Il-ġenju bla qies li ġieħ f’moħħu jagħmel ir-ritratt tal-Westlife jew jghix ħajja Jim Morrisson-jana u jkun 24/7 fis-sakra jew ra l-film Closer aktar milli kienu jippermettulu l-menti.


0 Comments:

Post a Comment

<< Home