It was starry inside Vincent
Dan il-weekend ġejt invitat nara l-ftuħ ta' eżibizzjoni msemmija "Secret", xogħol u għaraq l-artista lokali Lisa Falzon. Bħas-soltu, bqajt impressjonat. Jien ġej minn dinja kemmxejn differenti minn dik tal-pittura u meta nara immaġni nkun irrid infittex storja fiha. Infatti l-pittura astratta tikkawżali ftit tbatija biex nsir ħaġa waħda u nintilef fil-ħsibijiet remoti li l-artist jixtieq jgħaddili. Dan ma kienx assolutament il-każ waqt li kont qed indur biċċa biċċa l-arti ta' Lisa. Fost il-favoriti hemm Salmon Gold, Post-coital Jack and Jill u The Girl in the Dream.
Pero l-aktar waħda li ħallietni mesmerizzat kienet It was starry inside Vincent. Nibda billi ngħid illi Van Gogh diġà huwa l-pittur favorit tiegħi ta' kull żmien, aħseb u ara meta nara omaġġ bħal dak li nħema minn idejn lokali. Qabel ma qrajt it-titlu kont diġà bnejt titlu għalija personali li, bejn wieħed u ieħor jixbah lit-titlu preżenti. L-istilel, il-qata' tal-widna, ix-xagħar aħmar, "I often think that the night is more alive and more richly colored than the day" u infinitità ta' ħsibijiet oħra msakkrin f'50ċm ma' 40ċm (jew xi ħaġa hekk).
Għal dawk interessati l-eżibizzjoni se tibqa' għaddejja sal-5 ta' Mejju 2006 fis-sala prinċipali tal-kavallier ta' San Ġakbu, il-belt Valletta. Id-dħul huwa b'xejn u aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn hawnhekk jew fis-sit uffiċjali tagħha stess.
[ sms, ballerina, dawl aħdar taċ-ċellulari, bla sigaretti ]
9 Comments:
naghdi nara mela :)
jien dawn laqtuni
It - http://www.lisafalzon.com/art/secret/sites/it.htm
unreachable venus - http://www.lisafalzon.com/art/secret/sites/venus.htm
the silk people -http://www.lisafalzon.com/art/secret/sites/silkpeople.htm
the lighthouse - http://www.lisafalzon.com/art/secret/sites/lighthouse.htm
11:37
Eqq, lanqas f'wahda ma qbilna jien u int! :)
12:28
Jien il-favorita hija din:
http://lisafalzon.livejournal.com/12414.html#cutid1
Hasra li ma naffordjax dan it-tip ta' lussu!
12:38
Btw grazzi talli nkludejt il-blogg tieghi fil-lista.
12:40
Xejn, arcibald.
Jien kont imlebleb biex nakkwista wahda imma bhalissa hemm mitt elf pigeon hole fejn nista' ndahhal mitejn lira. Prioritajiet!
13:43
L-aktar li jogħġbuni minn dawk li rajt fil-wirja (għaddejt fil-għodu qabel it-tnedija) huma The Girl in the Dream u She played for Orpheus.
Isma' canit, int ma kontx Għajn Tuffieħa s-Sibt li għadda hux? Għax rajt wieħed ħdejn it-taraġ bil-mobajl f'idu donnu kien qed jistenna 'l xi nies, imma ma kienx jixbah ir-ritratt tiegħek.
15:07
int ma kontx Għajn Tuffieħa s-Sibt li għadda hux?
Negativo. In-naha l-ohra tal-gzira probabli kont is-Sibt.
15:48
Filwaqt li nahseb diga riskjuza bizzejjed li jigi deciz x'inhu arti u x'mhux, nahseb wara kollox kulhadd ipingi linja immaginarja fuq wara ta' mohhu fejn jifred dak li hu arti u dak li mhuwiex. Jien ukoll ghandi d-dubji tieghi dwar l-arti moderna, specjalment dik astratta. Facli ccallas, tohrog xi forma u tinheba wara l-kelma 'astratt'. Dan assolutament ma nahsibx li huwa minnu fil-kaz ta' Lisa. Il-forom taghha ghandhom sembjanzi aktar familjari li ghalkemm mhumiex ezattament konformi mar-realtà xorta jqanqlu certa hsibijiet.
Biex ma nibqax nitkellem fl-arja ha nipprova niddecifra l-hsibijiet wara pittura minnhom: The Girl in the Dream. Il-fatt li hemm dak l-isfumar diga qed jindikali nuqqas ta' sharpness, nuqqas ta' certezza, nuqqas ta' konferma - karatteristici kollha tal-holm. It-tfajla mixhuta hemmhekk fuq bajja, solitarja, indeciza; kwazi kwazi lanqas taf x'se taghmel biha nnifisha. Certament tqanqallek certa kurzità dwar x'qed taghmel hemm u minn fejn giet. Forsi kont digà rajtha x'imkien imma ma tistax tiftakar fejn.
Ghalkemm mhuwiex komprensiv, dik il-pittura naraha tigbor hafna mill-karatteristici (li ghadni kif semmejt hawn fuq) tal-holm. Nista' nibqa' sejjer b'xi erbgha pitturi ohra imma nahseb parlajt bizzejjed!
01:56
Prosit tar-risposta kebo. Ovvju kemm jista' jinstema' ovvju, xi minn daqqiet xorta jeħteġilna nfakkru li wieħed mill-postulati ewlenin tal-kritika artistika hu li ma tkunx kategoriku billi tażżarda tiddikjara x'inhu estetiku u x'mhux.
12:14
Post a Comment
<< Home