Thursday, March 30, 2006

Awrina u purtinara

BIRD ISLAND — BOLD school officials are investigating an incident in which a teacher reportedly forced the male students in her kindergarten class to clean a restroom that had been smeared with feces. The incident occurred March 14. It came to the attention of school officials when the parents of one of the kindergarten students contacted the elementary principal and the superintendent. <...sors...>

Fakkritni meta kull meta ridt immur inbattal daqsxejn fil-lokijiet tal-iskola primarja, sekondarja u post-sekondarja kien ikolli naqsam nixxiegħa bewl biex nasal għaċ-ċeramika. Fl-iskola primarja kien hemm min donnu kien jieħu gost joqgħod jara l-awrina ttir mal-ħitan biex imbagħad tiġi l-purtinara tgħajjat li lanqas m'aħna kapaċi nimmiraw. Għadni niftakarha... il-purtinara. Kienet mara vera kbira, miftuħa, xagħarha iswed tuta dejjem miġbur toppu, snienha daqsxejn żmagati imma b'vuċi qawwija u soda. Kont kważi nibża' minnha u forsi kieku kienet raġel ma kontx ngħid 'kważi' imma kont inkun konvint li nibża'. Kienet tiġi wkoll tqassmilna l-ħalib u allaħares xi ħadd minnha jeqleb il-ħalib mal-art għax-xenata sħiħa. Waqt li kienet tferralna kont noqgħod inħares lejn l-arloġġ li kellha mdendel man-naħa xellugija ta' sidirha. Jien qatt ma stajt narah sew għax mill-angolu tiegħi kien jidher rasu l-isfel, pero hi kemm ittih daqqa t'għajn u kienet tgħidlek il-ħin. Arloġġ apposta li jużawh dawk li xogħolhom jaħslu u jxarrbu kontinwament idejhom. B'hekk ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jinżgħu u jxiddu. Gadget interessanti daqskemm hu interessanti l-kappell tal-koki.

Kultant ġieli naraha ddur lejn l-inħawi tal-iskola - naħseb għadha taħdem hemm - imma tgħid għadha daqshekk terribli?

7 Comments:

Blogger Coemgen said...

http://www.creativewatch.co.uk/pocket-nurses.html

Fob Watch

17:45

 
Blogger Kenneth said...

Interessanti dan l-arloġġ; qatt ma kont rajt bħalu. Tikber u titgħallem, bħal ma jgħidu.

23:10

 
Blogger keBo said...

Iva coemgen, juzawh in-nurses ukoll infatti. Tipo dik in-nurse ta' One Flew Over the Cuckoo's Nest!

19:11

 
Blogger Malti said...

aw ken...ok jew?


qed isemmi dik in-nixxiegha bewl tac-ceramika, niftakar cajta "simpatika" li kienu jamlu, kienu li jimbuttaw lil min ikun qed iservi ruhu al mal-hajt u jekk tkun bezzul taqa' go fija...

15:24

 
Blogger keBo said...

Ara siehbi l-midneb hawn. Qas kont naf li ghandek blog. Merhba.

Dawk ic-cajt setghu jsiru biss sforz il-frustrazzjoni sesswali li kulhadd ikollu meta tkun sekondarja (sakemm ma tkunx xi jock!).

20:01

 
Blogger Coemgen said...

Il-'fob watch' u l-imqass, assoċjati ħafna ma nfermiera ma jinstabux daqshekk komunement għand 'mental health nurses'.

Ifhem, x'ħin tikkunsidra l-potenzjal kbir bħala arma li jista jkolla xi ħaġa simili ġewwa stituzzjoni mentali, tibda tifhem kemm xi xeni minn films bħal One felw over the cuckoo's nest, A beautiful mind, Girl interrupted u oħrajn, jitnejku bik.

15:26

 
Blogger James said...

dak l-arlogg kien ihallili certu impressjoni meta kont zghir

09:07

 

Post a Comment

<< Home