Friday, March 17, 2006

Crash

Dalgħodu kelli daqsxejn ta' inċident minimu waqt li kont nofsni rieqed insuq lejn ix-xogħol. Ma tantx għinni biex nibda l-weekend bit-tajjeb imma dawn l-affarijiet sirt neħodhom kif jiġu... impossibli biex fi gżira invażata b'ma nafx kemm-il karozza jirnexxielek tagħmel snin sħaħ ma taħbatx.

Irranġajt mas-sewwieq l-ieħor u filwaqt li kien għaddej dan kollu ftakart f'film mimli daqs bajda b'emozzjonijiet, passjoni u kuluri. L-ewwel ma feġġet f'moħħi kienu l-ewwel ftit kliem li jiġu narrati fil-bidu:

It's the sense of touch. Any real city, you walk, you know? You brush past people. People bump into you. In L.A., nobody touches you. We're always behindthis metal and glass. I think we miss that touch so much that we crash into each other just so we can feel something.

Tgħid aħna l-istess bħal dawk ta' L.A.?

3 Comments:

Blogger Victoria said...

Dak il film vera tajjeb pero niddubita li ahna l istess. Vera nghixu hajja magla; Vera ukoll li qisu l emozzjonijiet taghna inpogguhom fil gemb ghax mandnix bizzejjed hin ghalijom; imma l America ghandom tendenza li kollox jaghmluha bil kbir.

Darba minnom habghat wieghed gustuz go fija u ma kellix hsara fil-karozza. L iktar haga li kien iddispjecini li ma kellix il kuragg insaqsih ghan-numru tal-mobile ghax anka hu kien jider kemmxejn interesat. Sinjal ma kienx fid-destin (hekk biss nemmen fih).

01:32

 
Blogger keBo said...

Ma nafx. Hawn Malta l-aktar kliem li suppost jaghmluna umani saru clichè totali. Dak li jghidlek "bongu" mhux bilfors ikun qed jixtieqlek ghodwa tajba u l-istess dak li jsaqsik "kif int?". Generalment dawk li jistaqsuk "kif int?" lanqas ituk cans twiegeb u jkomplu ghaddejjin iparlaw.

Erm... ma min hbatt kienet mara, ma kinitx kerha, kienet ixxukkjata daqsxejn ...u kienet mizzewwga.

12:15

 
Blogger Coemgen said...

Filfatt Kebo, min vera jixtieq jkun jaf "kif int?" jistaqsik "kif thossok?"

Nispera li ma weggajtx. L-ispejjez hadd ma jiehu gost bihom pero l-ghar meta bniedem iwegga hux veru?

L-ahhar kelma tal-kumment tieghek bhal qeghda dejjem tnaqqas mis-sens (jew ahjar mis-sahha) ghha (specjalment x'hin tikkunsidra r-rata dejjem toghla ta separazzjonijiet).

23:28

 

Post a Comment

<< Home