DUO part IV
Kont ilni ma nħoss daqshekk adrenalina minn mindu tlift il-kumpass. Esperjenza liema bħalha: tara dawk in-nies japprezzaw dak li tkun ilek taħdem fuqu għal ħafna żmien. Emozzjonijiet ta' darba, uniċi. Ma stennejtx kumplimenti, imma l-fatt li kellhom par għajnejn iżebbġu kien ukoll biżżejjed għalija.
Nerġa' min hawn nirringrazzja lil dawk kollha li ġew u lil dawk li forsi għad beħsiebhom jiġu. Nerġa' intenni li għal min irid aktar informazzjoni fuq fejn jinsab eżattament il-Forn ġewwa l-Birgu jista' jikklikkja fuq dal-link. Min saħansitra lanqas il-Birgu ma jaf fejn qiegħed allura jista' jmur f'dil-mappa elettronika u jfittex min hemm.
8 Comments:
Qed nieħu pjaċir nisimgħek tgħid hekk.
Mill-ftit li rajt fuq is-sit ma narax għalfejn ix-xogħol tiegħek m'għandux ikun apprezzat.
Jiena kif għidtlek, nipprova naqbeż qabża s'hemm il-ġimgħa li ġejja. Xtaqt li kieku kelli l-eskużiva l-aħħar darba imma dakinhar kellna nitilqu ħarira kmieni :P
21:54
Hawn keBo. Għadni kemm dħalt fis-sit tiegħek u xtaqt ngħidlek li għoġbitni ħafna l-kollezzjoni fotografika tiegħek, b'mod speċjali s-sezzjoni Marine, il-kiwi maqsum bis-sikkina mdeffsa ġo fih tqattar demm iswed, u fuq kollox ritratt li hemm tal-baħar fis-sezzjoni minimalista, bid-dija tax-xemx donnha qed tindika mogħdija lejn ix-xefaq però li tintemm f'nofs triq. Jekk tinżel sa l-irdumijiet ta' l-Imnajdra f'xi t-3 ta' wara nofsinhar dik il-mogħdija taraha tispiċċa fejn tibda Filfla... għalija taf tkun xbieha mill-aktar mistika, speċjalment fl-aħħar tas-sajf.
Issa nasal wasla sal-Birgu fil-jiem li ġejjin ħa nara l-wirja. Prosit ħafna.
23:28
Roderick - Grazzi ghal darb'ohra tal-kummenti tieghek. Dakinhar li rajtni konna gebbidna hemmhekk sa xis-2am. Qas bqajt nara bin-nghas u konna ghadna ma lestejniex kollox! Meta trid tigi, f'idejk.
antoine - Dak tal-bahar ittiehed Dingli cliffs, ftit il-boghod minn fejn qed isemmi int jekk nibqghu mexjin tul il-kosta tal-punent. U dak tfaju wkoll ghall-ezibizzjoni, kulhadd donnu gibidlu l-attenzjoni. Pero jien rarissimu niehu ritratti bejn Gunju u Settembru kif issuggerejtli int. Ix-xemx tkun qawwija wisq u s-sema aktar tkun bajda jew celesta cara milli dak il-blu ta novembru/dicembru. Pero nirringrazzjak tas-suggeriment, lejn dawk in-nahat mort spiss u naf il-gmiel li hemm.
Xi haga ohra li nsejt nghid huwa li jekk joghgobkom iffirmaw il-guestbook. Huma dawn il-kummenti taghkom (kemm it-tajbin kif ukoll il-hziena!) li jzommuni ghaddej nohloq dawk l-istampi u nilghab b'kull tip ta' dawl immaginabbli.
17:29
tara dawk in-nies japprezzaw dak li tkun ilek taħdem fuqu għal ħafna żmien
Nista nara ghaliex in-nies japprezzaw ix xoghol tieghek. hallejtni imbelha. ghandek talent kbir u nawguralek li tibqa issib inspirazjoni u motivazjoni biex tkompli.
10:47
Prosit Kebo. Talent imprezzabbli ghandek sieheb.
21:06
Nawguralek kull suċċess bil-wirja, Ken. Sfortunatament, liċenzja tas-sewqan m'għandix u biex nasal s'hemm b'tal-linja hi tikka kedda bħalissa.
Nittamma li 'l quddiem ikolli opportunita' nara xogħlok f'xi wirja oħra.
Kenneth (l-ieħor)
19:30
Kenneth, prosit ferm! Ilbieraħ filgħaxija mort sal-Forn biex nara l-wirja. Bqajt impressjonat. Għandek talent sieħeb - sfruttah tajjeb!
http://rodmallia.blogspot.com/2006/02/duo-wirja-ta-pitturi-u-ritratti.html
13:22
Grazzi hafna l-imghallem... qed naghmel id-dover tieghi t'artist, dak kollox.
22:42
Post a Comment
<< Home