Wednesday, February 08, 2006

DUO part III

Dejjem riesqa. It-tensjoni li kollox imur kif suppost dejjem tielgħa u sa jum u nofs ieħor inkun qed nara waħda mill-ħolmiet tiegħi ssir realtà.

Ilbieraħ filgħaxija kelli xi diffikultajiet f'xi affarijiet u jien, peresli l-ħsibijiet qatt ma jabbandunawni għal minuta bilkemm irqadt. Qomt b'ġiex boroż daqsiex u xil-5.45am kont diġà mqajjem. Dalgħodu għamilt serje sħiħa ta' telefonati u b'xi mod irnexxieli nirranġa l-gwaj li nqala'. Qiegħed nittama (għax hekk wegħduni) li sal-lejla għandu jkun kollox solvut.

Dik l-umdità qerrieda wisq... ħlief għat-tursin il-bir, s'intendi.

L-ewwel avviżi bdew jidhru wkoll għal udjenza usa' minn dik li qatt jistgħu jilħqu żewġ sempliċotti bħalna li għadna kif bdejna nimirħu fil-beraħ fost l-iljuni tal-arti. Iċċekjaw hawnhekk u anke hawnhekk.

2 Comments:

Blogger Roderick Mallia said...

Ix-xorti t-tajba ħabib! J'alla kollox imur skond il-pjanijiet. U tinkwietax wisq!

Inwiegħdek li niġi nagħtihom titwila r-ritratti dil-ġimgħa jew inkella d-dieħla.

12:57

 
Blogger keBo said...

Hajr u grazzi tal-kummenti.

Jekk tkun tixtieq li jien inkun prezenti waqt li tkun qed itterraq ghajnejk matul ix-xogholijiet tieghi, nitolbok tavzani ftit qabel.

13:45

 

Post a Comment

<< Home