Wednesday, December 28, 2005

Il-mard u l-Addolorata

It-tabib niżżilli tlett ijiem fuq iċ-ċertifikat – dan huwa t-tieni jum tal-mard tiegħi, forsi fit-tielet jum nirxoxta. Qed nieħu r-ruħ li qiegħed id-dar u ħrabt naqa minn dak l-uffiċju bil-fitted carpets lewn l-inbid aħmar avolja xbajt nibla’ pilloli biex ma nintilifx f’xi alluċinazzjoni marradija.

Pero meta nkun marid, għal xi raġuni, nsir aktar produttiv fejn jidħol post-editing ta’ ritratti. Il-ħmistax ta' Jannar se tkun id-deadline ta' kompetizzjoni fotografika lokali bit-tema ta’ patrimonju kulturali u ddeċidejt li nidħlilha. Tfajt mużika daqsxejn alternattiva (Martin Grech, Goldfrapp u Interpol) u ntfajt nipprepara erba’ xogħolijiet fuq stil monochrome. S’issa lestejt wieħed u nofs, għalkemm il-probabilità hi li sakemm tingħalaq il-kompetizzjoni nkun għamilt xi erba' modifikazzjonijiet oħra. Jaf illum ritratt tarah tajjeb, għada tarah b’nuqqas ta kuntrast, pitgħada żżidlu d-dawl u pit-pitgħada tneħħilu xi dabra sewda li kont għadek ma nnutajthiex.

Dan ir-ritratt fuq in-naħa tal-lemin huwa wieħed mix-xogħolijiet li se nitfa’. Għal min forsi għadu ma ndunax din hija l-knisja taċ-ċimiterju tal-Addolorata, il-Marsa. Din il-knisja tfakkarni f’żewġ affarijiet: i) fir-rumanz pop qasir ta’ Stagno ‘Inbid ta’ Kuljum’ għax hemm referenza diretta għal din il-knisja partikolari; u ii) f’parti minn dan iċ-ċimiterju fejn kienu jindifnu dawk il-laburisti li mietu fi żmien l-interdett, ‘l hekk imsejħa ‘miżbla’.

Dakinhar li mort niehu dar-ritratt kont fittixtha dil-miżbla… bqajt ma sibthiex, jew sibtha u sempliċement ma ndunajtx għax kont moħħni wisq fl-ismijiet ta’ fuq l-irħam. L-aktar l-aktar li sibt kienet roqgħa abbandunata ferm fejn l-oqbra qegħdin impoġġijja forma ta’ ċirku… speċi bħalma jkun teatru Grieg, sakemm indunajt li f’dil-parti kienu jindifnu feti u trabi.

5 Comments:

Blogger Coemgen said...

Biex issib il-mizbla jista jghinek Immanuel Mifsud ghax darba qrajt intervista li saritlu appuntu go l-Addolorata.

http://www.immanuelmifsud.com/

Din il-bloggata ghogbitni, specjalment ir-ritratt tal-kappella. Ma nifhimx fir-ritratti pero nahseb li kien jkun ahjar li kieku l-knisja tkun aktar fin-nofs tar-ritratt.

21:16

 
Blogger Kenneth said...

U jekk se tissottomettieh għal kompetizzjoni, ixxandru ma' l-erbat'irjieħ tad-dinja fuq l-Internet? :)

21:20

 
Blogger keBo said...

Lil coemgen: Hajr ghall-informazzjoni. Rigward ir-ritratt, generalment meta jkollok is-suggett principali off centre johloq certa effett, infatti hemm dik il-famuza rule of thirds (li fil-verita mhi regola xejn).
---

Lil kenneth: L-ewwelnett hemm il-copyright fuqu, it-tieni ritratt zghir hekk jigik orrur jekk tipprova tkabbru ghal xi qies ta aktar minn 15-il centimetru u t-tielet ... xejn it-tielet, semplicement me ne frego altamente.

22:41

 
Blogger Kenneth said...

Mhux qed ngħid għax jeħduhulek, imma taf int, personalment kieku tittikani li nikxef għajni biex se nkun qed nikkompeti minn qabel. Nimmaġina li kulħadd b'opinjoni differenti.

Good luck għall-kompetizzjoni nsomma!

12:56

 
Blogger Coemgen said...

Kif ghedtlek, ma nifhimx xi gran che fir-ritratti. Grazzi talli lluminajtni:)
Good luck man!

23:18

 

Post a Comment

<< Home