...but I'm not the only one
Li tqum f’xi ħin qabel l-għaxra ta’ filgħodu hija xi ħaġa diżumana – lanqas kelb ma trid tara jqum f'dawk il-ħinijiet, imbagħad aktar u aktar meta tqis li llum huwa l-ħadd. Imma insomma, fettilli nitfa’ CD u qomt bil-ħoss movimentat u kważi assordanti tal-mużika tas-snin 80. Mhux għax jien xi fan kbir ta’ dik it-tip ta’ mużika (infatti min hawnhekk irrid iniżżlilhom il-kappel lir-Riffs għat-tama li pprovdewlna dak iż-żmien) imma David Bowie jogħġobni, speċjalment Let’s Dance għalkemm kulħadd jaqbel li l-prime tiegħu xorta jibqgħu s-snin sebgħin.
U waqt li kont qed nipprova nifhem x’inhu eżattament l-orjentament sesswali ta’ Bowie ftakart li kont insejt. Mistħija! Ftakart li ħamsa u għoxrin sena u tlett ijiem ilu inqatel ikona. Skużani John, imma kif għidt int stess, dat-TV jaljenani wisq… u biex tgħaxxaqha ivvintajna wkoll l-internet!
Għażilt din l-istampa apposta għax nippreferi narak spensjerat, naturali u waħdek.
0 Comments:
Post a Comment
<< Home