Tuesday, April 18, 2006

Storja għas-Sibt filgħaxija, sbieh il-Ħadd

‘Ma nistax nifhem kif post skwallidu bħal dan ma jfallix f’din il-konċentrazzjoni eżaġerata ta’ pubs, ħwienet tax-xorb u mitt elf storbju ieħor’, ħasbet bejnha u bejn ruħha. Legilget l-aħħar erba’ belgħat mid-drink safrani tagħha u kompliet tiċċassa lejn is-siġġijiet żlugati u mqaxxrin mill-verniċ oriġinali tagħhom. Il-post kien antik, stil Irlandiż u bla ebda ħjiel ta’ influenza moderna. Kien hemm ħafna anglo-sassoni, min waħdu u min le, kollha bjondi jew redheads ibillu xufftejhom fir-ragħwa jew l-iskorċa tal-birra.

L-għarus tagħha kien qiegħed ibul fil-loki ta’ faċċata, probabbli qiegħed jirranġa n-naqra xagħariet imwaqqfin li fadallu u forsi jirranġa dik il-qmis imdeffsa fil-qalziet li ried jixtri akkost ta’ kollox waqt mawra fuq il-monti ta’ Ħal Qormi. Idjota. Anke xi tbajja 'l hemm u 'l hawn kellha.

In-naħa l-oħra lemħet tlett żgħażagħ – żewġ ġuvintur u tfajla - trio. Xebgħu jidħku, jiċċaċraw u jitkellmu jgħajjtu imma x’tista tistenna aktar minn nies ta’ dik l-età f’dal-ħinijiet? Għal mument xtaqet li tkun hemm, titmiegħek f’nofshom, moħħha għar-riħ imma taf li ma setgħet tagħmel xejn minn dan. Ħassitha xiħa ħdejhom. Diġà tfaċċat l-ewwel tikmixa u d-darba l-oħra lemħet xagħara bajda ftit ‘il fuq min widnejha x-xellugija. Imma ħadet żball, ma kinitx xagħra bajda, kienet biss illużjoni, rifless.

L-għarus tfaċċa. Ħxien u anke qsar xi naqa. Intefa’ addoċċ fuq is-sufan ħdejha u qarsilha kemm kemm koxxtejha. Ma qalilhiex kelma, tkellem mat-tazza birra li kien hemm quddiemu. Xorobha f’nifs wieħed qisu qatt ma xorob u meta lesta poġġa t-tazza fuq il-mejda b’tisbita tant li triegħdet. Pero ma nstema’ l-ebda ħoss minħabba l-mużika għolja li kien hemm. Stenniet it-tifwieqa ta' wara imma ma ġietx. Minflok qomos waħda bħallikieku żammha msakkra ġo l-istonku tiegħu.

Ma jridx jitkellem. Nixfu minn kull tip ta’ argument... titwerwer meta tipprova taħseb x’jista’ jsir minnhom sa għaxar snin oħra. Probabilment lanqas jibqgħu jorqdu fuq l-istess sodda. Jiġrilhom xi ħaġa hekk.

Ftakret li kellha xi ħames sigaretti umdi fil-handbag. Tawlet idejha u bdiet tħarbex fih tara ssibhomx. Il-pakket kienet remietu għax kien jeħdilha wisq spazju fil-handbag. Bl-għaġġla qasmet wieħed, bis-sebgħa l-ieħor qabdet ta’ ħdejh. Ħarġet is-sigarett u l-lighter fl-istess id u qaltlu: "Tlaqt sa barra npejjep... ". Taha ħarsa ta' approvazzjoni u kompla jiċċassa.

Kif kienet għadha fil-bieb tat in-nar għax barra kien hemm wisq riħ u kien ikun impossibli għaliha tqabbad dak id-daqsxejn tiben imnixxef. Qabbditu, daħna kbira u qabditha degħxa x’ħin ħabbtet wiċċha mal-bard modest t’April. Ħarset fil-bogħod tara n-nies nofshom fis-sakra, dwal iteptpu, flixkien jinkisru u lilha tpejjep.

F’dak il-ħin u l-mument rat daħna oħra ġejja min-naħa tax-xellug tagħha. Ittawlet u rat ġuvni, kien wieħed minn dak it-trio li rat qabel, forsi xi sentejn jew tlieta iżgħar minnha. Issa setgħet tarah aħjar għax intefa’ eżatt taħt il-lampjun rustiku tal-ħanut tax-xorb li kienu fih. Qabditu jittawlilha imma minnufih dawwar ħarstu n-naħa l-oħra. Għal mument beżgħet li seta’ ra dik ix-xagħarha bajda imma serrħet moħħha għax ftakret li dik li rat dakinhar kienet biss ċajta kerha tad-dawl stramb ta’ kmieni filgħodu. Baqgħet tiċċassa lejh sakemm dawwar ħarstu, apposta biex taqbadlu għajnejh.

Ħares.

Tbissmitlu.

Staħa.

Niżżel rasu l-isfel.

Reġa’ ħares, reġgħet qabditu, reġgħet tbissmitlu.

Iġġebdet u resqet lejh.

Inġibed lura, tbissem u tefagħlha ħarsa ta’ mqareb, qallha: "Aħjar le, int frotta projbita"

Spiċċalu s-sigarett u beda jinħaraq il-filter.

Daħal ġewwa, stenniet żewġ minuti u għamlet bħalu. Ma qagħditx bil-qiegħda, lill-għarus qaltlu li ddejqet u telqu d-dar. Meta jkunu sejrin lura lejn il-karozza dejjem jimxi xi metru jew tnejn qabilha, u tobgħodu fuq hekk.

12 Comments:

Blogger Janice said...

U meta taf li dawn il-koppji jezistu vera, u l-bizgha li tispicca wahdek twaqqfek milli tispicca r-relazzjoni.. tkabbar id-dieqa li l-ironija sewda tal-hajja biss taf tikkawza..

20:00

 
Blogger Coemgen said...

Inkompli ma Janice, li ma nistax nifhem hu kif issib tfajliet jew ġuvintur li jkunu qishom l-allat tas-sbuħija, tistħajjilhom 'jgħabbu' l'min iridu, x'ħin iridu, pero jkunu kuntenti jibqgħu jilagħqu lil dik il-persuna skwallida li jkunu joħorġu magħha.

Grazzi tal-link sieħeb.

18:31

 
Blogger Victoria said...

U min ghandu it-tord? Hu? Hi?

Coemgen hekk qed tghid ghalih, ma naqbilx mieghek.

Hu: ikrah, xi naqra semplici - jikkuntenta b qmis fuq il monti u heqq waqqalu xaghru - min minna mhux sa jixxieh?
Izda min sa fejn nafu, kienet l-mara li pruvatt ma iehor.

Hi: idejqet mir routina ta' kuljum. ma tafx x ha tghidlu gdid lir-ragel. Imma mijix skuza biex tisseduci lil hadd iehor. La ntrabbat f relazjoni, ma tistax taqta qalbek u thallija tmut.

Hafna nies mumiex kuntenti bdak li ghandom u dik hasra kbira. Ihallu l affarijiet immutu wahedom minflok jaraw kif joholqu mod kif jergaw ikabru dak l-eccitament tal bidu.

mhux kull zwieg ifalli. Ghala qed tiffukaw fuq in-negativ meta iz-zwieg huwa xi haga daqsekk sabiha fl-ahhar mil-ahhar. Bhal kull haga ohra trid tiehu hsieba...dak kollox.

(ps ghandi malti imfarak - indunajt)

20:43

 
Blogger Janice said...

Ghandek ragun lady_vam imma what's the use of not being true to yourself and your partner?

It-tort xi kultant ma tista ttieh lil hadd.. Iz-zwieg nemmen li hu sagrament sabih immens u li jirrekjedi sagrificcju miz-zewg nahat.. imma fi zmien l-gherusija.. xi kultant l-affarijiet imorru zmerc.. u personalment nahseb li jekk tipprova tghix hajtek ma' wiehed li m'ghandek xejn xi tghidlu.. l-eternita` tibda tidher iqsar..

00:10

 
Blogger Victoria said...

fi zmien l-gherusija ghad hemm ic-cans li thassar - mijix l isbah haga ta dinja lejn l partner imma "ahjar issa milli umbad"

f zwieg ghallija differenti. Ikomettejt ruhek ghal persuna kompletament. Ma tistax taqbad tiddecidi li daqsekk idejjaqt.

Hekk darba kien hemm xi haga li gibdietek lejn il partner, trid tara kif terga issiba.

Umbad hekk l-persuna l ohra ma tridx, dik xi haga differenti. It has to be a 2 way effort! and communication (even of the problem) is the key to the solution.

09:50

 
Blogger Tuxka said...

Onorata ħafna li diġa rajt il-blog tiegħi mniżżel hawn. Grazzi.

(p.s. naf li forsi dan il-kumment mhux postu hawn)

22:12

 
Blogger Antoine Cassar said...

Tajba wisq dik tal-frotta projbita!

19:51

 
Blogger James said...

wow hsibijiet veru pozittivi man!

11:36

 
Blogger keBo said...

wow hsibijiet veru pozittivi man!

Ma jezistux minghajr in-negattivi ;)

16:59

 
Anonymous Anonymous said...

Hi there,

A man falls in love just as he falls downstairs. It is an accident.
Women with fades
What is a blocked sperm duct
Total drama island hentie gallery
What kind of dressing they used at nandos chicken liver
Vanity iphone porn

09:28

 
Anonymous Anonymous said...

Hi there,

Genius is one percent inspiration and ninetly - nine percent perspiration.

www

00:12

 
Anonymous Anonymous said...

and when the time comes to put a season together I let all my findings tell their story. [url=http://www.hairstraightenerse.com/#22121]ghd uk[/url] Some websites also allow direct interaction with the seller, so that you can find out more details about the bag. There are of course options to view pictures of the bag, and read its product reviews, so that you can easily decide which bag to buy.. [url=http://www.fashionwinterbootss.com/#99772]ugg sale[/url] I say to just look up a new location fashion week each week to explore ideas for your business. Who knows, maybe even your local fashion week might have things you never considered. [url=http://www.besthairstraightenersx.com/#48527]ghd hair straightener[/url] Period of time value on the other hand won influence the product quality and the level of attire jewellery. It has the potential of having the interest rate on the viewers using its splendor. [url=http://www.cheapnorthfacejacketsab.com/#79675]the north face[/url] Know what you like. Classified advertisements for doll shows.

04:28

 

Post a Comment

<< Home