Sembri così assonnata
B’xi mod spiċċajt nimraħ f’post li għalkemm kien jixbaħ lil xi kosta tropikali kont naf li qiegħed Malta. Kien hemm xi ramel imxerred matul il-kosta interrot b’ħaxix niexef qoxqox li donnu kien qed iżomm b’għeruqu lir-ramel milli jimxi. Kien hemm ukoll ammont sostanzjali ta umbrelel kbar, pero dawn flok kienu qed iservu bħala kenn mix-xita kienu qegħdin hemm biex jipproteġġu lill-ġilda umana mir-raġġi quasi-qattiela tax-xemx Maltija. L-aktar li kien qed jiddomina dix-xena tipika ħafna f’nofs sajf Malti, kien lido sabiħ imdawwar b’bar tal-injam u qasab.
Kont għadni qed nipprova naqta’ jew naħseb kif spiċċajt f’dal-post – is-sajf qatt ma kien l-istaġun favorit tiegħi. Mhux għax ma nħobbx nara bjondi, redheads, brunettes u laħam barrani ieħor b’daqsxejn ta bikini taħbilhom kemm kemm il-qasma tal-warrani u/jew il-ħmurija tan-nippla, imma għax is-sħana sempliċement ma nissaportijhiex. Tittrasformani f’bniedem ieħor li trid tkun mitt darba aktar paċenzjuż minn ġobb biex tissaportini. Stramba din meta tqis li ħierġa minn bniedem tipiku Mediterranju, imma inzertajt ħriġt hekk mill-fabbrika. Forsi xi darba nieħu kors tal-yoga.
Lura għar-rakkont - qadt indur f’dal-bar bl-imwejjed u s-siġġijiet tal-plastik sakemm iddejjaqt u ridt induq is-salvaġġ; qbiżt ċint żgħir tal-injam u taħt saqajja inħoss ramel fin b’xi nitfiet ta ħaxix iterrqu matul il-ħotob rotob. Bdejt miexi, sakemm waqaft u inħsadt. Rajt ġiex tfajliet nafhom; V. li kienet taljana u T. li kienet maltija bħali u forsi aktar minni. Bżajt nersaq lejhom, stħajt u sempliċement ma kontx naf x’naqbad ngħidilhom, speċjalment lil T., lilha.
Bqajt fejn kont, ma ċċaqlaqtx, bqajt nosservahom mil-bogħod. Ma tantx domt wisq għax minn wara jiġi jikser l-osservazzjonijiet tiegħi xi ħabib li ma stajtx nagħraf min hu. Baqa’ jgħidli li jafni u kemm konna ngħadduwha flimkien, baqa' jinsisti sakemm għidtlu li ftakart, biex neħles minnu. Qalli li qed jara lil V. u T. hu wkoll, qabadni minn idi u kważi kaxkarni għal miegħu biex nilagħbuwha taċ-ċivili u nsellmu.
Sibnihom fuq mejda biswit xulxin – aħna wasalna u sellimna, jien mikul bi skumdità liema bħalha. Peresli V. it-taljana kienet l-eqreb sellimt lilha l-ewwel u kelli nsewgi t-tradizzjoni taljana u nbusha/tbusni fuq il-ħuġbejn. Meta ersaqt aktar lejn wiċċha indunajt li kelli għajnejha bilkemm kienu miftuħin, b’ġiex boroż daqsiex.
“Ciao V. Sembri così assonnata…”
“Ciao K. Sì sì…” qaltli bilkemm tiflaħ titkellem. Awtomatikament assumejt li kienet b'hangover.
Ippruvajt nilħaq lill-oħra imma bilkemm ilħaqt dawwart ħarsti fuqha li ma qomtx b’ħasda minn fuq soddti nterter bil-bard, saqajja kesħin silġ u għajnejja kemm kemm miftuħin iħarsu lejn il-kompjuter mixgħul.
Xbajt...
2 Comments:
Ahjar li tghattejt sew. Diz-z*bb ta kesha ma tghidx x'taghmillek!
20:34
Perfida, perfida wisq - il-kesha.
14:25
Post a Comment
<< Home