Turisti per caso
Iddeċiedejt li nsemmi dil-bloggata wara l-programm li qed jintwera dal-aħħar fuq l-istazzjonijiet taljani - turisti per caso.
Ftit ilu kelli x-xorti (ma nafx jekk tistax issejħilha 'xorti', imma l-kelma ġġib hekk) inżur l-Albanija. Pajjiż b'nies ħabrieka li jdejhom miftuħin għax-xogħol u tibki meta tara kif dawk l-għexieren ta' snin li għamlu taħt ħakma kommunista kissrithom sa ġewwa. Fortunatament il-gvern tal-post qed jagħmel ħiltu u joffri kull inċentiv biex il-pajjiż iqum fuq saqajh, u l-effort jidher ċarissimu. Probabilment pajjiż li nerġa' nżur.
Dawn t'hawn taħt huma tfal li ltqajt magħhom fi triqti... ifittxu fiż-żibel jew jittallbu għall-Ewro biex imbagħad ituk brazzuletta żgħira tal-bebbux u l-arzell.
5 Comments:
Jiena u naqra dil-bloggata, leħen il-bogħod jgħid 'basta jibqgħu f' pajjiżhom'. Ftit snin ilu kienu nies albaniżi u mill-balkani li kienu jiġu fi xtutna u ħadd ma kien jgħid xejn. Tifhem biss minn dak li għaddejjin meta żżur il-pajjiż. Kont mort Belgrad kemm qabel kif ukoll wara l-attakki mill-forzi amerikani u ingliżi. L-arja kienet tqila, n-nies għajjenin u mxebba', qalbhom maqtugħa għall-futur li ma jeżistix. Ma nafx, forsi dak kien iż-żmien li jiena qtajt qalbi ukoll, għax m' hemmx soluzzjoni - l-akbar vittmi huma dejjem it-tfal.
U tiskanta, huma dejjem it-tfal, li jiġu fuqek, b' daħka minn widna sa l-oħra. U mur ara dil-euro, f' dan it-taħwid u taqlib li hemm mad-dinja kollha...dik id-daħka m'għandix prezz!
15:35
Ritratti verament espressivi.. prosit Kebo.. ghalkemm ninsab zgura li meta tarahom quddiemek tiffaccja bahar differenza.. espressivita` fuq livell ikbar..
Ghalfejn ghandhom ibatu t-tfal?
21:18
Forsi fin-nuqqasijiet tagħhom għandhom ħafna aktar milli għandna aħna fil-"lussu"...
15:32
Veru ħelwin dawk ir-ritratti!
13:34
Meta kont hemmhekk sibt ħafna uċuħ interessanti, uċuħ li forsi ħaddieħor lanqas biss jagħti kashom - issellifthom u immortalizzajthom fuq bicca plastik. Forsi xi darba nerġa' nagħmel wirja oħra fuq skala akbar.
00:57
Post a Comment
<< Home