Sunday, October 22, 2006

Il-Kaxxa tal-Ħsibijiet

Kulħadd ikollu bħalha, imma mhux kulħadd jammetti. Ilbieraħ erġajt ftaħtha u sibt mija u wiehed oġġetti li qanqluli memorji mill-passat. Affarijiet li għamluni dak li jien illum, u forsi dak li għad ikun aktar 'il quddiem. Fost dawn l-affarijiet kien hemm dawn:

  • University of Malta Graduation Album 2003;
  • the Photo Book;
  • "today you're 3!";
  • biċċa karta żgħira minn dawk li ssib fil-Baci, ftit mgerrma mill-ġenb u li tgħid hekk: "Quei giuramenti, quei profumi, quei baci infiniti, rinasceranno."
  • pataflun ta' cards;
  • polaroid (imma mhux daqshekk espliċitu);
  • kaxxa żgħira bajda, mhux akbar minn id ta' raġel. X'ħin inħarrikha jinstema' ħoss ta xi ħaġa tħaxwex. Mhux ħa nazzarda niftaħha;
  • e-mails ipprintjati li xi darba kienu daħlu fuq id-deċedut account li kelli mal-yahoo;
  • mitt storja qasira ta' Franz Kafka (dak iż-żmien kien jinteressani bil-kbir);
  • postcard ta' The Doors;
  • "I came, I saw, I kissed";
  • Mug mat tac-Cisk;
  • irċevuti tal-VAT;
  • katalgu tal-GSUS, collection Spring 2006, b'ritratti pessmi.

4 Comments:

Blogger Victoria said...

ghandi kexxun dedicat ghal hekk... sa apron li kont ghamilt l skola jew it-tutu tal balle li kont immur ta 6 snin.

memorji - sbieh imma izommuk lura milli tghix il futur. imnalla ikunu maluqin x imkien ... sakemm jigi id dubju ta x kont u x sirt... jew ta meta taghmel xi ftit spring cleaning

23:05

 
Anonymous Anonymous said...

Ghandi kaxxa hekk ukoll... l-istess kocc ritratti u cards... imma ma jtinix li nnehijhom... Anzi ma niddejaqx li niftaha u narha xi kultant.

10:47

 
Anonymous Anonymous said...

L-unika raguni ghalfejn niehu gost namel naqra spring cleaning f kamarti hija biex insib dawn l affarijiet...

Sa d-diary ta' waqt l ezamijiet tal-Junior Lyceum tal-Year 6 ghand ghandi... (u assolutament ma kienx mohhni fl-ezamijiet dak iz zmien ndunajt)

14:38

 
Blogger Kenneth said...

Mela minix waħdi li nżomm ir-raċanċ kollu li jiġi f'idejja.

16:48

 

Post a Comment

<< Home