Evolution
Ftit ilu sibt dan il-vidjow fil-kaxxa tal-posta elettronika. Semmewh 'evolution' għal xi raġuni. Il-vidjow bażikament jitratta kif is-sbuħija hija mgħawwġa b'tali mod li tlifna l-valur vera tas-sbuħija esterjuri.
M'inix it-tip li ntawwal l-għenieqi u nkabbar iċ-ċirkomferenza tal-għajnejn fis-sigħat tal-post-editing li jsir wara imma kif kulħadd jaqbel, ritratt huwa għal dejjem, u ma nafx għala ċerta korrezzjonijiet m'għandhomx isiru biex toħroġ l-aħjar mill-aspett esterjuri. Niftaħ id-diskussjoni!
PS. Dak is-software li jidher fil-vidjow ma naħsibx li jagħmel parti mill-familja kbira tal-verżjonijiet tal-Photoshop u lanqas ma jidher li kien qed isir fuq PC, aktar xi Apple Mac.
2 Comments:
il post-editing sabih pero il persuna nahseb tkun trid tibqa tintaraf - dak il video huwa ezempju char ta perceptional distortion - Tixtri prodott ghal raguni li fil-verita ma tezistix.
16:29
imbghad issib xi cuc fuq l-msn ittih ritratt tieghek biex tghidlu ara kemm jien helu, u mbghad meta din il-persuna tarak 'live' ma taghrfekx hehe
20:28
Post a Comment
<< Home