Friday, June 22, 2007

Shocking picture of the day


Images of war, by James Nachtwey.

Thursday, June 14, 2007

Somnus

Għadda wisq żmien. Kważi insejt l-indirizz għanqbuta tal-blog u tistgħu timmaġinaw aktar kemm domt biex ftakart ismi u l-kelma ċavetta. Imma dħalt u issa ninsab hawn, sfortunatament għal min jobgħod jaqra bil-malti. Dan l-aħħar jumejn il-magna (il-computer) ħabbatni daqsxejn u kelli niffriskaħ waħda sew biex jerġa jiġi għal li kien. U sewwasew għal li kien qatt ma ġie imma dik lanqas il-bnedmin ma jagħmluwha aħseb u ara l-magni li sibna ruħna mdawwrin bihom.

Sirt qed inkun maħkum mhux ftit mil-melodija ħelwa tan-ngħas. Rari sirt inkun imqajjem kompletament. Biex naqdi din il-kilba għal irqad qed nipprova naddotta sistema ġdida, li ġieli taħdem u ġieli le, skond kemm l-attenzjoni tkun imdawwra fuqek. Ftakart f'Jack f'Fight Club u f'kemm kien qabbadni kurżità meta beda jipprova jispjega l-insomnia u l-effetti tagħha:

When you have insomnia, you're never really asleep and you're never really awake. I hadn't slept in four days...

Min fis-sakra u min mejjet għal qatra. Bdejt naqra. M'inix waħdi.

zZz zZz zZz