Saturday, September 30, 2006

Chiuso per lutto

Sveglia il caffè
Barba e bidè
Presto che perdo il tram

Se il cartellino
Non timbrerò...

FANTOZZI!



Ġejna fi kliemu...

Thursday, September 28, 2006

On being a loser

Illum ħassejtni wieħed minnhom, ma stajtx naħseb mod ieħor. Dak li tkun ilek tibni u żżoqq isirlek suf f'ġiex kummenti jew b'nuqqas ta' komprensjoni.

Għadda daqsxejn tal-ħin, qrajt dan u ma bqajtx inħossni daqshekk viċin il-qiegħ.

Sunday, September 24, 2006

Erbgħa u tlieta

I

Ma felaħx aktar iħaddem l-immaġinazzjoni tiegħu. Fil-kamra kaħlija kellu dawl dgħajjef tant li bilkemm seta' jagħraf bejn ħajt u gwardarobba. Baqa' jiċċassa lejn ir-rifless tat-tieqa mal-ħajt (jew forsi gwardarobba) jara il-qtar tax-xita jagħmel effetti strambi fuq il-ħġieġa, bħal qisha qed tinħall. Kultant kien jara qisu wiċċ jibki, kultant qisha ruħ fil-purgatorju jew xi forma sfigurata ta' xi annimal.

Kien ilu fuq ġenbu xi nofs siegħa, b'lożor bojod karti u fuq rasu pittura ta’ Maria Teresa Pagan. Ma kienx jifhem fil-pittura, infatti la kien jiftakar x’jisimha l-pittriċi u lanqas kemm-il zero niżżel fuq iċ-ċekk, pero għoġbu kunjomha – pagan; dak baqa’ jiftakru.

Ħakk dirgħajh ix-xellugija u ħasibha xi irritazzjoni tal-ġilda. Bilfors hekk, ma setgħetx kienet nemusa.

Donnu bħal ħassitu u minn warajh telgħet id bi dwiefer miżbugħin b’xi kulur li ma setax jagħraf. Ma ndunax qabel messitu. Għannqitu. Qisu bħal inħasad u qagħad bilqiegħda fuq soddtu. B’ġismu mbuttalha idha ‘l hemm u ċanfarha.

“Itteballix l-arloġġ! Dan jiswa aktar minnek.”

Tniehdet tnejn nofsha rieqda, tagħtu sormha u kompliet tongħos. Baqa’ bilqiegħda jħares fil-vojt lejn biċċa għamara oħra (did-darba kienet il-gradenza, u la l-ħajt u lanqas il-gwardarobba). Neħħa l-arloġġ, dawwru wiċċu l-isfel u qagħad iħoss it-tinqixa tal-ittra ‘C’ għal ‘Cartier’ li kien hemm imnaqqxa fuq dahar l-arloġġ.

====================

II

Ħass għajnejh qed jinqalbulu waħedhom. Ma setax jagħmel mod ieħor ħlief jgħollihom ‘il fuq u jipprova jara oltre l-kappell t’għajnejh. Il-mużika ippossedietu. Ra kuluri jingħaqdu flimkien, ċrieki jduru fil-vojt, kwadri maqlubin li wara ftit jerġgħu jiġu f’posthom. Xi ħadd ġie ħasdu jgħajjat f’widnejh:

“X’buzz hawn eh?!”

Xejjer tnejn rasu qisu biex ifarfar xi trab li qabadlu ma’ rasu u b’wiċċ li juri ċerta bluha qallha:

“Eh… iva”

Qabadha minn idha u ġibidha lejh. Qabdilha sormha u tant kellha sormha żgħir li ffitja preċiż fl-intern t’idu. Bisilha għonqha u minflok sab lilu nnifsu jbus ix-xagħar twil li kellha jtir. Lanqas biss ħarset lejh.

Beda jieklu l-minkeb u l-madwar. Xammar il-qmis għax ma felaħx iħokk minn fuqha u ġġennen x’ħin ra infezzjoni enormi madwar it-toqba fejn kien injetta likwidu ta’ kulur stramb. Kienet saret qisha amoeba fuq mikrosopju, uriha lit-tfajla b’wiċċ imqarras. Meta ratha, ċaqalqet ftit rasha, għollietha u stabtet mal-art. Kien wisq għajjien u mitluf biex jippanikkja. In-nies qishom tbiegħdu kollha minnu u mill-folla joħorġu żewġt iġluf daqsiex lebsin l-abjad u l-aħmar li f'kemm ilni ngħidlek sparrixxewha minn dik l-għagħa. Stħajjilhom żewġ ilpup li ħarġu b'ħeffa minn xi arbuxell, iggranfaw ma' xi ċerva u ħallewlha biss il-kustilji ppuntati u mdemmija.

Kuluri. Dlam.

====================

III

"Imma int tħobbni hux?"
"Jinbidel xi ħaġa jekk ngħidlek 'iva'?"

Ħarset quddiemha lil hinn mill-windscreen, nofsha mbikkma b'dik ir-risposta. Ma setgħetx tifhem il-għala kien qed iħossha hekk għax bdiet tara ħafna sens f'dak li qal. L-'iva' u l-'iva, jien irrid' huma biss kliem fieragħ meta ma jitwettqux.

Xtaqet toqgħod tiċċassa lejh, imma taf li jobgħod min iħares lejh hu u jsuq. Jgħid li jibda jiftakar f'meta kien weħel mit-test tas-sewqan, dakinhar il-pulizija kien kielu bil-ħars matul dik il-mawra deċiżiva fil-madwar tal-Furjana. Kien fixklu. Qagħdet tosserva r-ritmu tal-lampi ta' matul it-triq li kull darba li jgħaddu minn ħdejn waħda kien tgħaddi bħal berqa dawl minn fuq il-bonnet jew minn fuq ħaġa oħra li jkollha wiċċ jirrifletti. Issugrat tħares sekonda lejn għajnejh. Dehru imberrqa u d-dawl riflessi fuqhom li kien ġej mil-mera ta' quddiem m'għenhomx wisq. Kompliet tħares lejn il-bqija tat-triq tipprova timmassakra s-silenzju. Is-silenzju għadu agħar mill-ħin, ferm agħar... u itwal ukoll.

====================

IV

"Imma int tħobbni hux?"
"Jinbidel xi ħaġa jekk ngħidlek 'iva'?"

'Din biex ġejja illejla? Ġennitha xi ħabiba żmagata milli għandha jew!? Dejjem tiġini b'dad-domandi li nibża' minnhom aktar mill-perċimes ta' Monte Karmeli b'senter taħt għabtu' ħaseb bejnu u bejn ruħu.

B'id waħda fuq il-bieba u l-oħra fuq l-istering qagħad jikkalkula li ma jaqbiżx il-linja bajda mtertqa tat-triq. Ta' warajh probabbli kellu z-zokkor f'għajnjeh għax xegħellu par floodlights tal-patrol boats. Bħallikieku hu, bir-Renault modesta tiegħu mhux diġà kien qed idawwallu biċċa mit-triq. Idjota. Minn taħt raha tħares. Kien swielu xi għaxar liri żejda dak il-kuntistabbli li qagħad jiċċassa lejh dakinhar li kien tela' l-Furjana f'dik is-sħana impestata tal-bidu ta' Settembru. F'Settembru kien iħoss is-sħana ta' sajf sħiħ tielgħa mill-art, sħana li ma kelliex ċans toħroġ f'xi żmien qabel. Ma riedx jaqla' paroli u ma qallha xejn. Jaf li kienet taf.

Imbagħad waqa' is-silenzju u moħħu ma setax isib fiex jaħseb aktar. Ftakar li kellu problema. Problema oħra apparti dawk l-għexieren li diġà kellu magħha.

"Illlum iddeċiedejt. Se nibda ndur bieb bieb inbiegħ magni li jneħħu it-tnietex tal-kalzetti". Talab li ma tinfaqax tidħak għax ma kellux aptit daħk.

"U xogħolok t'issa? Se ttih in-notice? Se tibdlu ma' xogħol daqshekk inkrepattiv?"

It-talb tiegħu instema' imma xorta skanta kif baqgħet serja. "Se ntijielu l-ewwel darba li nidħol xogħol. Hekk qed inħoss li għandi nagħmel. Niltaqa' ma ħafna nies, ma nismax min jgħajjat miegħi kull filgħodu, ftit responsabbiltà... u naħdem f'liema ħin tal-ġurnata rrid."

"Bħallikieku titlaq xogħol fiss u tintefa' fil-bejgħ tal-magni tat-tnietex mhuwiex atteġġjament altament irresponsabbli! Insejt li l-post li xtrajna bdew ifaqqsu l-annimali fih grazzi għall-abbandun totali li qiegħed fih?!"

"Il-post mhux problema. Inbiegħuh u nixtru ieħor... wara kollox int ridt tkun pompuża u tixtri post li jesa l-ġiex tużżani tfal ta' Marinton. Biex wara kollox jien u int biss konna se nibdew nżanżnuħ!"

"Mhux eżatt..."

"X'jiġifieri?!"

"Sirna tlieta."

Kien hemm sinkronija perfetta mal-beraq li beda jinstema' fil-bogħod u l-ħoss tal-brakes li waqqaf lit-tyres ħesrem.

Saturday, September 16, 2006

Helga

And yet another update.

people >> 11 >> helga


Monday, September 11, 2006

Image12

Lil Martin Attard minn dejjem kont nafu bħala konċentrat ta' kreattività fejn jidħol web design. Ix-xogħolijiet tiegħu nnutajthom xhur ilu u bla ma jaf, f'xi mumenti kien ta' ispirazzjoni għalija wkoll. Dan l-aħħar jiem irnexxielu jitfa' fis-seħħ waħda mill-akbar xewqiet li kellu - jipproduċi ezine li jippromwovi talent artistiku lokali. Naħseb li hija idea eċċellenti meta tqis li sal-ġurnata tal-lum, f'Malta hija kemmxejn diffiċli turi rixek.

L-introduzzjoni tal-website tgħid hekk: IMAGE12 is a FREE monthly ezine directed towards promoting the local art scenario. It is not only aimed towards well-established artists, but also those that are new, and whose art deserves much more recognition then they are given credit for. This online magazine is intended not merely to artists or art enthusiasts, but to a wider generation, hoping that everyone can benefit from the true essence of art. The ezine, besides promoting the featured artists with a wide range of visitors, will also serve as a spotlight on local talent - with the final aim of enriching an artistic culture which unfortunately in Malta is quite lacking.

Żuru hawn għal aktar informazzjoni.

Thursday, September 07, 2006

I felt...

U meta taħseb;

li x-xemx donnha ddalmet;
li twaħħadt mal-kulturi kollha;
li sirt taf il-misteru tal-Bermuda;
li kissirt il-kumplikazzjonijiet imsakkrin tal-λ;
li sibt il-kalċi mqaddes...

...tirċievi posta elettronika:

"i felt... *************************************************
********************************************************
********************************************************
********************************************************
********************************************************
********************************************************
******** ...to life."

Friday, September 01, 2006

Quelli Che Benpensano

Kont għadni bilkemm naf xi tfisser mużika, lejn l-aħħar tas-sena 1997. Dik is-sena kienet estremament għammiela fil-ħruġ ta' ħafna albums rivelatorji, u ridt jew ma ridtx bdejt ninnamra man-noti mużikali, simili ta' kif għamlu dawk il-baħrin mas-sireni fi żmien il-fantażiji letterarji ta' Omeru. Fost dawn kien hemm l-illustri OK Computer (Radiohead), Be Here Now (Oasis), Homogenic (Björk), The Fat Of The Land (Prodigy), Nimrod (Greenday) u bla dubju ta' xejn, The Boatman's Call (Nick Cave). Kollha ismijiet kbar, kollha albums li għalkemm tiklok idejk biex tniżżilhom b'xejn minn fuq l-għanqbuda diġitali ħa teħles, xorta jkun aktar għaqli li tixtri l-oriġinali.

U fost din l-għagħa mużikali kollha għaxija minnhom, bħalma kont nagħmel kważi kuljum, tfajtu fuq id-deċedut TMC 2 (stazzjon televiżiv li għadda minn kull tip ta' stupru qabel ma nbiegħ lil ma nafx min biex is-sid preċedenti, Vittorio CG, jgħix ħajja 'aktar mistrieħa'). F'dawk iż-żminijiet dak kien ir-risposta Taljana għall-furur kollu li kien hemm idur mal-MTV, nice try guys. Dan TMC 2 tista' tgħid kien iddedikat kollu għall-mużika internazzjonli b'persentaġġ żgħir minnu ddedikat għall-mużika Taljana. U għalkemm il-mużika Taljana qatt ma kienet tispikka fil-listi tiegħi, il-vidjos mużikali tagħhom ġeneralment kienu jkunu ta' kwalità superjuri. Fost dawn kien spikka wieħed, Frankie Hi-nrg MC, minn Turin b'oriġini Sqallin, f'karozza bil-lejl imejjel rasu u jirrepja flimkien ma' Riccardo Sinigallia bi "Quelli Che Benpensano".


Sono intorno a noi, in mezzo a noi, in molti casi siamo noi a far promesse senza mantenerle mai se non per calcolo, il fine è solo l'utile, il mezzo ogni possibile, la posta in gioco è massima, l'imperativo è vincere e non far partecipare nessun altro, nella logica del gioco la sola regola è esser scaltro: niente scrupoli o rispetto verso i propri simili perchè gli ultimi saranno gli ultimi se i primi sono irraggiungibili. Sono tanti arroganti coi più deboli, zerbini coi potenti, sono replicanti, sono tutti identici guardali stanno dietro a machere e non li puoi distinguere. Come lucertole si arrampicano, e se poi perdon la coda la ricomprano. Fanno quel che vogliono si sappia in giro fanno, spendono, spandono e sono quel che hanno.

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...

...e come le supposte abitano in blisters full-optiona, con cani oltre i 120 decibels e nani manco fosse Disneyland, vivon col timore di poter sembrare poveri, quel che hanno ostentano e tutto il resto invidiano, poi lo comprano, in costante escalation col vicino costruiscono: parton dal pratino e vanno fino in cielo, han più parabole sul tetto che S.Marco nel Vangelo e sono quelli che di sabato lavano automobili che alla sera sfrecciano tra l'asfalto e i pargoli, medi come i ceti cui appartengono, terra-terra come i missili cui assomigliano. Tiratissimi, s'infarinano, s'alcolizzano e poi s'impastano su un albero, boom! Nasi bianchi come Fruit of the Loom che diventano più rossi d'un livello di Doom...

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...

Ognun per se, Dio per se, mani che si stringono tra i banchi delle chiese alla domenica, mani ipocrite, mani che fan cose che non si raccontano altrimenti le altre mani chissà cosa pensano, si scandalizzano. Mani che poi firman petizioni per lo sgombero, mani lisce come olio di ricino, mani che brandiscon manganelli, che farciscono gioielli, che si alzano alle spalle dei fratelli. Quelli che la notte non si può girare più, quelli che vanno a mignotte mentre i figli guardan la tv, che fanno i boss, che compran Class, che son sofisticati da chiamare i NAS, incubi di plastica che vorrebbero dar fuoco ad ogni zingara ma l'unica che accendono è quella che dà loro l'elemosina ogni sera, quando mi nascondo sulla faccia oscura della loro luna nera...

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...

Sono intorno a me ma non parlano con me...

Sono come me ma si sentono meglio...