Saturday, September 20, 2008

girl; interviewed

Wara aktar minn sentejn inrażżan il-bżonn li neżibixxi, waslet eżibizzjoni oħra min-naħa tiegħi. L-unika ħaġa in komuni bejn din l-eżibizzjoni u ta' qabilha hija l-fatt li se nkun qed nagħmilha ma' persuna oħra (Pawlu Mizzi). Inwiegħdkom li dak kollu li se taraw huwa ġdid fjamant (għamilt aktar minn sena u nofs nżomm kollox sigriet sigriet, hush hush!).



L-eżibizzjoni se tiftaħ nhar il-Ġimgħa 10 t'Ottubru 2008 fis-7.30pm (kulħadd jista' jattendi), il-Mużew Marittimu Malti, ġewwa l-Birgu. Tibqa' sejra sal-21 ta' Novembru u tkun miftuħa il-ġranet kollha tal-ġimgħa bejn id-9.00am u l-5.00am. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikklikkjaw hawnhekk (niddejjaq nintilef f'ħafna eloġji).