Tuesday, July 31, 2007

La femmina

Ma come dev'essere una donna rispettabile, completa e riuscita? Più o meno così:

Una donna in carriera...



Una madre in famiglia...



Una puttana nel letto...

Friday, July 27, 2007

Ferħa bla temma

Ħsibtni sibt is-soluzzjoni għal waħda mil-problemi l-aktar li nħabbat wiċċi magħhom - il-kalibrazzjoni tal-kuluri tal-monitor. Dan il-ġentlom għoġbu jitfagħha fl-aħħar nett tal-artiklu tiegħu li qed jitkellem fuq hardware għall-Apple, għedewwa eterni tal-PC hieni tiegħi.

Wednesday, July 25, 2007

Bejn nar u ilma

Nar.

Ilma.

U hawn min saħansitra għandu l-wiċċ jgħid li l-umani ma kellhom l-ebda sehem f'dan it-taqlib klimatiku.

Saturday, July 07, 2007

Rivelazzjonijiet

L-aħħar 6 sigħat tas-6 ta' Lulju 2007 kixfuli 6 rivelazzjonijiet u qed infittex inħarbixhom hawnhekk biex ma jiżgiċċawlix bħalma tiżgiċċa l-libsa tas-satin tar-reklam fuq par saqajn femminili li għadhom jitqaxxru bl-aħħar magna rivoluzzjonarja tal-gillette:

i) Pierre J. Mejlak itwal u irqaq milli ħsibtu. Dik il-leġġenda urbana li t-televiżjoni jħaxxen u jqassar tgħid tapplika wkoll għar-ritratti tal-blogs?;

ii) Li x-Short Film Festival 2007 probabilment ma kellux bord t'għażla għall-films li ntwerew il-ġimgħa;

iii) Li għalkemm jidher xi ħaġa li trid seba' mitt ittra wara ismek biex ikunu jistgħu jxandrulek il-film tiegħek, ilbieraħ rajt biċ-ċar li dan vera mhuwiex il-każ;

iv) Li ħlief għal xi żewġ jew tlett films (fosthom wieħed ta' Alex Vella Gera), din l-ewwel ġurnata tal-festival kienet ħela ta' ħin u ta' flus, għalija u għal min webbilt jiġi miegħi, speċjalment wara l-esperjenza pożittiva li kelli s-sena l-oħra;

v) Li vera tidher frustranti meta tagħmel biċċa arti li tifhem int u int biss u tħalli lil bqija tad-dinja tiskanta u tagħmel sforz ta' proporzjonijiet diżumani tipprova tifhmek;

vi) Li din probabli hi l-aħħar darba li żort dal-festival.

PS. Ma rridx naqta' qalb dawk li għad baqagħlhom imorru illum jew għada, imma tassew ngħidilkom li inħossni grat lejja nnifsi li ma xtrajtx biljett għal żewġ jew tlett iljieli.

Tuesday, July 03, 2007

Amusing picture of the day

Jekk m'għandekx sens ta' umoriżmu jaf jaqbdek l-aptit li tibda tittajpja bħal miġnun/a u tikteb ittra lill-ġurnali wara li tkun rajt din il-bloggata. F'dak il-każ għalaq din it-tieqa (window) u kompli fuq xogħolok. Kun af li l-ħin prezzjuż u ma jixraqlux jiġi mitluf f'dal-affarijiet.

Sunday, July 01, 2007

Vertebral silence

Artist li nemmen fih bis-sħiħ:

Julian Mallia - Vertebral Silence