Thursday, July 27, 2006

Ta' Grezzju

Twelidt, għixt u tista' tgħid trabbejt fin-nofsinhar ta' Malta fost id-diversi klassijiet tal-ħaddiema. Qatt ma kellna pool, kont naħseb li l-jaguars jinsabu biss fis-savannah jew f'xi ktieb tal-annimali li kelli f'kaxxa kbira tal-kartun u l-kelma 'kavjar' qas kont naf nispelliha. Madanakollu qatt ma naf li rqadt fuq xi skoss kartun b'żaqqi tgerger bil-ġuħ, speċjalment fis-sajf.

Is-sajf kien jiġi esklussivament għall-abbundanza ta' ikel frisk, mimli togħma u tjubija (nippreferi kieku uzajt il-kelma 'bontà' , imma użajt kelma Maltija f'ġieħ dak il-monument li hemm fir-roundabout f'nofs Ħaż Żebbuġ). Tin ta' San Ġwann, dulliegħ, bettiegħ, ħawħ, ċipress u Għammieri sħiħ ta' ikel kien ikun qed jistrieħ fuq diversi reċipjenti impoġġijin puliti madwar il-mejda. Kont nagħmel l-ewwel ġimgħatejn ninfaqa' bihom u nispiċċa l-ikel propju ma niklux. Ommi tgerger u missieri jitpaxxa jara l-uliedu jnaqqru u jċafalsu fil-frott umdu li jkunu għadu kif qata' hu stess mis-siġar qalbenin jiddandu mas-sħanat infernali tax-xemx Mediterranja. Wara madwar xahar kont nibda nixba'... għax ngħiduwha kif inhi, fil-ġenerazzjoni tagħna hemm wisq tentazzjonijiet li jbiegħduk mill-ikel sustanzjuż u bnin bħal brokkoli, zunnarija, patata (minn tal-qoxra l-bajda), ħass u tadam.

Kien dak iż-żmien li kien hemm hype sħiħa fuq l-ġelati tal-Algida. Niftakar kważi kull 'mudell' ta' ġelat li vvintaw imma ma niftakarx li doqthom kollha. Il-ġelati tal-Algida kienu ilhom jeżistu, kien il-Malti li żammhom barra minn xtutu, "li ma jmorrux jieħdu xogħol il-Maltin". Dana bħalma kien ġara snin qabel meta ġew introdotti l-ewwel mudelli bażiċi ta' kompjuters. Kellhom togħma tajba, dal-ġelati - 'divina' kien hemm min kien isejħilha. Imbagħad ġejna bbumbardajti b'reklami varji fuq il-magnum, il-klassiku. Ma kontx iddur dawra mal-kosta u ma tarax minn tal-inqas ħamsa min-nies jilagħqu l-magnum sakemm iħallu l-injama ta' ġewwa nieqsa minn kull traċċa ta' biċċa ġelat.

Imma jien le.

Jien kont nintasab fuq iċ-ċint tal-konkos griż mingħajr dahar tal-bajja ta' San Tumas, ġildi ismar faħam, xagħari niexfa qoxqox, b'xorts qasir u żaqqi barra nuri l-kustilji, nixxennaq għal ġelat ta' Grezzju. Bejn qabża u oħra fil-baħar ilellex kont narah hemm, il-vann ta' Grezzju, kulur isfar dgħajjef b'ħafna pupi ta' Disney impinġijin fuqu. Kien hemm pluto jiekol kornett u yogi u l-mara tiegħu bl-umbrelel f'idhom (?). Maċ-ċinta ta' fuq kellu strixxa ħamra u f'xi mumenti kien jgħaddili ħsieb tad-daħk minn moħħi li l-vann seta' jittiekel, forsi kien togħma ta' ġelat tal-vanilla magħmul mil-ħalib tal-bott b'naqra cherry sauce mxerrda fuqu. Ma tantx kellu għażla, tat-tazza (miż-żgħira u l-kbira), kornett u granita ratba (ħamra jew safra). Ta' dan doqthom kollha u la l-Algida, la l-Motta u lanqas in-Nestle ma bdew miegħu. Dejjem kien ikun hemm persuni varji jaqdu n-nies, naħseb lil Grezzju propja qatt ma rajtu imma dejjem bnejt immaġni tiegħu f'moħħi. Xi raġel ismar, xagħaru bajda qotna, flokk taċ-ċingi abjad u xorts qasir. Il-ġelat kien iżommu mkessaħ ġo cupboards tal-injam bojod u qabel inewwillek il-ġelat dejjem kien isaqsi jekk tridx karawett jew sauce.

Meta kont ninsisti m'ommi u ma' missieri biex jixtruli minn ta' Grezzju biss, ommi kienet dejjem tidħak u tgħidli: "Ma tantx tneffaqni int!". Ħija min-naħa l-oħra kważi dejjem magnum kien ikun irid, u waqt li konna noqogħdu nilgħaquh biswit xulxin, b'nifisna maqtugħ wara xi majnata, kien joqgħod jidħak bija għax jien nieħu tac-cheap. "Dan ma jifhimx", kont ngħid f'qalbi.

U oħroġ l-għaġeb, għaxar snin u fuqhom wara, erġajt rajt lil vann isfar dgħajjef ta' Grezzju jitlajja max-xtajta tal-bajja ta' San Tumas, bl-istess togħma preċiża ta' ġelat, qisu dak il-cupboard maġiku ħallieħ hemm mingħajr qatt ma reġa' mlieh.

U f'qalbi qbilt ma dak li kien qal Voltaire xi tlett sekli ilu: "Ice cream is exquisite. What a pity it isn't illegal."

Monday, July 24, 2006

Sigur Rós

"Sigur Rós are a band like no other. Forging a totally individual path, disconnected from the pop mainstream, they have nonetheless been embraced by critics, public and the glitterati alike. It’s not every day that an album of haunting post-rock sung in Icelandic is voted best new album in America but Ágætis Byrjún is no ordinary album, and Sigur Rós are no ordinary band. Attempts to describe their music and the feelings it evokes often reach for comparisons with the landscape of their Icelandic homeland – elemental, profoundly beautiful, effervescent, luminescent - the list goes on and on, and yet the band seem to have nothing quite so specific or local in mind. Their music, they say, is simply what happens when they play together – no more, no less. Or perhaps there’s something running deeper in them, and us, than they know."

Viðrar Vel Til Loftárása (Good Weather For Air Strikes)

-----------------------------------------------

Ég læt mig líða áfram

í gegnum hausinn

hugsa hálfa leið

afturábak

Sé sjálfan mig syngja fagnaðarerindið

sem við sömdum saman

Við áttum okkur draum

áttum allt

við riðum heimsendi

við riðum leitandi

klifruðum skýjakljúfa

sem síðar sprungu upp

friðurinn úti

ég lek jafnvægi

dett niður

alger þögnekkert svar

En það besta sem guð hefur skapað

er nýr dagur.

Saturday, July 15, 2006

Re: Żaru

Għal min għadu ma ħadhiex qed nirreferi għal dil-bloggata li kont għamilt ftit ilu.

Illum erġajt rajtu, lil Żaru, u kont sorpriż. Min jaf kemm infilzawh b’labar, irrepetewlu l-istess kliem, u temgħuwh ikel bla togħma – ħsibt li ħafna minn dawn l-affarijiet għal ħafna żmien iwittulek it-triq lejn il-ħofra. Kien qiegħed hemm reġa’, fuq l-għatba tal-ħanut tal-laħam, b’nuċċali tax-xemx simili għal dak li kien jilbes Leon lejn nofs is-snin disgħin, flokk taċ-ċingi u jħares fies lejn l-art mingħajr ma jitħarrek.

Forsi Żaru m'għadux aktar każ mentali... forsi qatt ma kien.

Monday, July 10, 2006

Odissea (memoirs of a Maltese that smells like fish)

Is-Sibt, 8 ta' Lulju 2006

00:17 - DJ Pierre Cordina ma tantx hu trendy. Anzi, m'hu trendy xejn.

00:53 - Iduruwha ħames ilpup imġewwħin. Neżżewha xi mitt darba b'għajnejhom u probabilment ħolmu li jidħlu fiha xi ħames mitt darba. Wieħed minnhom għaraftu, kien miegħi sekondarja imma xi sentejn jew tlieta iżgħar minni. Wiċċ ta' antipatku.

00:59 - Bżajt. Ġbidtha lejja x'ħin rajtha ddur qisha żugraga f'nofshom.

01:33 - "Not al ima"

02:16 - Fejnha l-karozza?

02:45 - "Tiftakar x'wiċċ kellu? Ommi... x'taħwid!"

11:38 - *Irrid inbiddel it-tune tal-alarm, għandu ħoss antipatku*

16:41 - "Ħeqq ara batman! Sabiħ dak il-flokk."

16:44 - "Ara min hawn..."

16:53 - "Ersaq pass. Ħa nneħħi naqa dal-poles ma mmurx indaħħal xi waħda minnhom f'sormi."

17:00 - "Ġibtha l-malja?"
"Le"
"Kif ma ġibthiex?! La kont taf li hawn pool!"
"Lanqas ħaqq! M'inix ħa ndum wisq għax għandi tieġ illejla"

17:11 - "Kemm nobgħodhom in-nuċċalijiet tax-xemx, vera niddejjaq nilbishom"
"Għala? Jien vera jogħġbuni"
"Niddejjaq nara kollox griż hekk qisu..."
"Ixtrih kannella... hahaha u tara kollox lewn il-ħara!"
"Jew isfar, jew aħmar, jew blu!"
"Hehehe"

17:19 - "Minn fejn għal birra?"

17:28 - "Aw l-aħwa, din għaxqija ta! Ara x'għandna!"
"Int vera għaxqija?"
"Iva u proud!"
"Jiddispjaċini..."
"Oj, x'jiġifieri?"

17:41 - "Int Helga jaqaw?"

18:05 - "Ċaw ċaw, dik xtaqet tiġi imma għandha ġibda eh"

18:43 - "Passenger u karozza naħseb eh sieħbi?"
"Iva"
"Lm6.75"
"Eh... ħsibtu minn Għawdex tħallas in-noll"
"Hemmhekk qed jibnu t-terminal"

18:49 - Valid until the 07/07/2007 Inclusive. Round Trip Fare. THIS WAY IN > > >

19:12 - "Tini naqa aktar twistees!"

19:33 - "Dan kif ġejt bil-karozza int?!"
"Għax għażżien u nħobb nagħti s-sorpriżi... ejja tlaqna għax ħa naslu tard"

20:38 - "Ġibtha l-card?"
"Iva, fl-envelopp qiegħed l-invit"
"Le le l-card!"
"U ż-żobb!"
"X'mistħija!"

20:45 - "Qas nista' nimmaġinak miżżewweġ u lest!"

21:03 - "Naħseb dawk t'hemm tal-OPM"

22:47 - "Qas kont naf li jeżistu tortelloni daqshekk suwed, ħsibtha fwied tal-fenek għall-ewwel'

23:19 - "Il-qaħba kemm ma naħmilhiex did-diska. Eros jogħġobni, imma did-diska ma tinżilli b'xejn. Che palle!"

********************************
Il-Ħadd, 9 ta' Lulju 2006

00:13 - "Ejja naħarbu, trid?"

00:32 - "Qatt ma rajt loki daqshekk maħmuġ f'ħajti!"

00:59 - "Gebuba, dan ta' Giovanni."

01:18 - "Int għandek aċċent Amerikan..."
"Le Awstraljan propja"

01:53 - "Kurżità - dik tal-aħmar Lara jisimha jaqaw?"
"Le, le... Maryanne għandikun"
"U duk qas juf ixebbah! Lili ħasibni wieħid li jaħdim mal-HSBC!"

02:20 - "Oj, x'int liebes hemm?"

03:10 - Imbagħad id-dlam.

10:19 - "Open"

11:11 - Louise, Matthew u San Ġorġ.

11:53 - "Qisna qegħdin f'xi bar Sqalli all'aria aperta, soft granita tal-lumi jonqos"
"Infatti qabadni l-aptit għal bitter lemon"

12:37 - "Inġiblek waħda ħamra?"

14:14 - "Din tħobbha wkoll il-fotografija ara"
"U le, m'inix xi pro!"

14:50 - "Dak Robert jaqaw?"
"Tafu?"
"Kien għamilli inteview darba. Qas kont naf li għawdxi"

16:58 - "Evviva l'españa!"

17:16 - "U ejja please!"

19:10 - "Olee...manca verament poco alla partita eh. Non ci posso ancora credere, siamo quaranta minuti lontani dal fischio d'inizio"

20:00 - "Siamo entrati nella partita qui a Berlino. Venti tre secondi di giocho... ancora zero a zero, Italia - Francia"

20:21 - "Kemm qegħdin sieħbi?"
"Għadhom kif skurjaw it-Taljan, Materazzi" Kont se ngħidlu li qegħdin wieħed b'xejn minn fuq it-Taljani imma deher se jtih infart. M'għidtlu xejn u mn'Alla, għax propjament kienu wieħed b'wieħed.

20:37 - Intwera l-gowl ta' Materazzi bil-moviola. Minn x'imkien warajja nisma' "Woooooww!" Kienet tfajla samra ħafna b'għajnejn daqsiex ħodor ħodor - fakkritni f'ċertu sapore meditteraneo.

21:10 - Il-barma li jimbaram il-vapur t'Għawdex meta jitrekken fil-baċir dejjem tkexkixni kemmxejn. Dejjem niftakar f'Leonardo di Caprio nieżel, nieżel, f'dak il-baħar inġazzat.

21:22 - Tfajtu fuq RDS imma tfejtu ftit sekondi wara. Ma kellix aptitu.

21:37 - "Aw l-aħwa, wasalt"
"Ara l-ieħor, x'ġejt tagħmel?"
"D'uh"

22:47 - "Għamilli chicken omelette!"

23:00 - Lil kok hemiżtlu waħda u urieni t-thumbs up. Urejtu t-thumbs down u tiegħu baqa' mgħolli (moħħi wisq fl-azzurri).

23:10 - Il-ħornijiet ma niflaħhomx aktar... le le!

Monday, July 03, 2006

The Valletta you've never seen

Proġett li kien ilu jberren f'moħħi madwar sena. Xbajt nara ritratti epiċi tal-Port il-Kbir, il-funtana tal-venda jew Kastilja u ddeċiedejt li nidħol naqra aktar fil-qalba tal-belt kapitali wara ġita li kont għamilt f'nofs ta' lejl madwar il-belt lejn l-aħħar tal-2004. Niftakarni twaħħaxt nara l-kundizzjonijiet li ċerta nies jgħixu fihom, aktar u aktar meta tqis li sa mitejn sena ilu kien probabilment jgħammar fihom xi semi-prinċep.

Qbadt sett ta' ritratti li ttieħdu tul perjodu ta' żmien u ġbarthom f'kollezzjoni waħda li intom tistgħu taraw fis-soltu website tiegħi - places >> 05 >> valletta v.2.


Fost waħda mix-xeni li ltqajt magħhom, kienet reklam tat-Tiger Bar. Ma ħallejtux għaddej u ffriżajtu fuq il-cam pero iddeċiedejt li jkun aktar għaqli għalija li ma nġibu xejn.