Shakedown 1979, cool kids never have the timeOn a live wire right up off the streetYou and I should meetU dak iż-żmien konna inqattgħu ġranet u ljieli niġġerrew fit-triqat. Ommijietna lanqas kienu jidhru li jinkwetaw wisq, l-aqwa li konna nibqgħu r-raħal. Stajna xrobna bramel ta' inbid u ħadna mitt elf droga, l-aqwa li ma ħriġniex mill-periferijja. Kienet tkun l-hena tagħna nittantaw lix-xemx għaddejja, ngħajjtu, inħabbtu l-bibien, naqbżu fuq il-bandla u nippruvaw niddeċifraw l-intriċċi ta' l-att sesswali.
Junebug skipping like a stoneWith the headlights pointed at the dawnWe were sure we’d never see an end to it allIs-sjuf kienu milqugħa bħal tazza ilma friska fis-Sahara. Bi nhar miksijin bl-għaraq u bir-riħa ta' gomma tat-
tyre tar-rota iddur magħna bħalma tagħmel dubbiena fuq ħmar magħkus, bil-lejl imdawwrin bin-nemus u l-wirdien. Ġieli qattajna nofs ta' nhar nilagħbu logħba boċċi fil-klabb, dik kienet tkun logħba eterna għax kważi ħadd ma kien jirnexxielu jqarreb il-ħoxna jew il-boċċa lejn il-likk.
And I don’t even care to shake these zipper bluesAnd we don’t knowJust where our bones will restTo dust I guessForgotten and absorbed into the earth belowDouble cross the vacant and the bored
They’re not sure just what we have in the store
Morphine city slippin dues down to seeIl-ħmieġ kien sinonimu magħna, aktar ma jkollna ħmieġ aktar aħjar għax b'hekk it-tilja ħmieġ ta' wara ma tkunx ovvja daqskemm kienet ta' qabilha. Il-
jeans kellu xi ħaġa li jżomm il-ħmieġ imwaħħal miegħu, anke wara li tipprova tnaddfu. Konna naħsbu li għad baqalna mitt sena ħajja, li għad ikollna ħafna nisa, ħafna karozzi u li xi ħadd minna (qatt ma qbilna fuq min) għad ikun il-ħakkiem tar-raħal bil-bqija konsulenti miegħu. Il-paga kienet se tkun bagalja liri fil-ġimgħa.
We feel the pull in the land of a thousand guiltsAnd poured cement, lamented and assuredTo the lights and towns belowFaster than the speed of soundFaster than we thought we’d go, beneath the sound of hopeJustine never knew the rules,Hung down with the freaks and the ghoulsNo apologies ever need be made, I know you better than you fake itDarba żorna għalqa mimlija silla, xewk, ħaxixa ingliża u tfief. Sibna kamra, nofsha mwaqqa' imma li setgħet titranġa. Daħħalniha f'rasna li din kellha tkun il-kwartieri ġenerali fejn se inqattgħu parti sostanzjali minn ħajjitna. Mhux kulħadd seta' jaċċessaha, dawk l-ipprivileġġati biss, l-
elite! Konna saħansitra xtrajna żewġ xkejjer siment u armajna l-injam biex insaqqfuwha għax kien ċeda. Żamm għal jumejn, għamlet ix-xita u reġa ġie kollox gorboġ. Qatt m'għamilna dik ir-regola klassika: "Vjetat għan-nisa". L-ewwelnett ma kienx hemm għalfejn għax il-bniet kienu mehdijin jgħoddu kemm kellu xagħar Jason Priestley u t-tieni għax ma konna niddejjqu xejn nilagħbuwha tal-esploraturi.
Iġġilidna waħda sew, apoloġija ma waslitx u magħha la reġgħu ġew il-kamra, la r-riħa ta'
tyres u lanqas il-wirdien u n-nemus.